Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

L-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma lbieraħ waranofsinhar mar fin-Nunzjatura Appostolika…

Sors: Facebook

L-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma lbieraħ waranofsinhar mar fin-Nunzjatura Appostolika fir-Rabat ta' Malta, akkumpanjat mill-Vigarju Ġenerali Mons. Tarċis Camilleri, biex iffirma l-Ktieb tal-Kondoljanzi għall-Papa emeritu Benedittu XVI.

Hu kiteb hekk:

“Nesprimi sens profond ta’ radd il-ħajr lil Alla għad-don tal-Papa Benedittu XVI. Kien injezzjoni qawwija u pura ta’ Teoloġija u Spiritwalità ħajja għall-Knisja u għall-umanità kollha.

Għalina, poplu ta’ Għawdex u ta’ Malta, hu dak li rregalalna l-ewwel Qaddis, mudell tas-saċerdoti u protettur għall-katekisti kollha. Barra minn hekk, tana lill-Isqof Mons. Mario Grech, illum Kardinal, responsabbli għas-Sinodu.

Il-Mulej jilqgħu f’dirgħajh bid-delikatezza u r-rispett li fil-ħajja kienu l-karatteristiċi tiegħu.”

Aqsam fuq