Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Matul l-ewwel ġimagħtejn ta’ Lulju, grupp ta’ 30 persuna, fil-maġġoranza tagħhom koppji…

Sors: Facebook

Matul l-ewwel ġimagħtejn ta’ Lulju, grupp ta’ 30 persuna, fil-maġġoranza tagħhom koppji miżżewġa jew ġenituri, attendew għall-kors dwar ir-relazzjonijiet fil-familja – Psikodinamika tal-ħajja tal-familja – organizzat mid-Djoċesi ta’ Għawdex u mmexxi mill-Isqof Anton Teuma.

Din kienet il-15-il sena li dan il-kors inżamm bħala opportunità ta’ formazzjoni kontinwa favur familji umanament u spiritwalment iktar b’saħħithom. Imfassal fuq għaxar sezzjonijiet, ta’ tliet sigħat kuljum, il-kors kellu l-għan prinċipali li jgħin lill-parteċipanti jieqfu u jirriflettu fit-tul dwar il-familja personali tagħhom. Filwaqt li pprovdielhom qafas sistematiku ma’ xiex jikkonfrontaw ruħhom, il-kors gradwalment wera lill-parteċipanti kif jistgħu jimmaturaw fir-relazzjonijiet familjari anki permezz tat-tħaddim ta’ ħiliet prattiċi. Fl-ewwel ġimgħa l-kors iffoka fuq ir-relazzjoni bejn il-koppja, b’temi bħad-differenzi bejn ir-raġel u l-mara, il-komunikazzjoni, il-kunflitti, u l-bqija, filwaqt li fit-tieni ġimgħa t-temi kienu marbuta mar-relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied.

Fost il-parteċipanti kien hemm ukoll persuni li, f’oqsma differenti, jaħdmu ma’ koppji, familji, tfal żgħar u adolexxenti. Għal dawn, it-tagħlim mogħti jista’ jservi bħala strument ta’ qadi fil-ħidma favur familji oħra.

Aqsam fuq