Sors: Facebook
Minflok it-tlett ijiem irtir li soltu jsiru matul ir-Randan għas-saċerdoti, din is-sena, fid-dawl tat-tema tal-Pjan Pastorali “U beda jfissrilhom l-Iskrittura”, id-Djoċesi ta' Għawdex permezz tal-Uffiċċju Kleru tagħha organizzat Seminar fuq l-Omelija, bejn it-23 u l-25 ta’ Frar, f'Dar Manresa, il-Belt Victoria.
Ġew ittrattati l-aspett teoloġiku-spiritwali tal-omelija (Mons. Prof. Hector J. Scerri), il-preparazzjoni (Patri Martin Cilia u Patri Frankie Cini MSSP), kif ukoll id-delivery tagħha (il-ġurnalista Mark Lawrence Zammit).
Tqassmet ukoll lis-saċerdoti kopja bil-Malti tad-Direttorju Omelitiku li kien inħareġ mill-Vatikan fl-2014.