Sors: Facebook
Nhar is-Sibt li għadda, fil-quddiesa tal-Ħadd tal-Kelma ta' Alla fis-Santwarju Ta' Pinu, l-Isqof irringrazzja lil dawk kollha li għamlu possibbli l-pubblikazzjoni tal-Vanġelu ta' San Mattew li beda jitqassam bħala rigal tal-Knisja lil kull familja f'Għawdex.
L-Isqof radd ħajr b'mod speċjali lis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija li permezz ta' Pubblikazzjoni Preca ġentilment għamlet possibbli l-pubblikazzjoni tal-verżjoni aġġornata tal-Bibbja Saydon, kif ukoll lill-APS Bank, irrappreżentata mis-Sur Jeremy Vassallo, CSR Manager, li ffinanzja parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-ktieb.
Ħajr speċjali jmur lill-voluntiera kollha fil-parroċċi u l-komunitajiet li qed iwettqu din il-missjoni ta' evanġelizzaturi u jqassmu l-Kelma ta' Alla bieb bieb.
Society of Christian Doctrine
APS Bank