Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Nhar it-Tnejn 25 ta’ Settembru, fiċ-Ċittadella saret konferenza stampa li għaliha attenda…

Sors: Facebook

Nhar it-Tnejn 25 ta’ Settembru, fiċ-Ċittadella saret konferenza stampa li għaliha attenda l-Onor. Chris Bonnet, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, u ġie varat l-aħħar proġett fis-sensiela ta’ diversi proġetti li saru f’Għawdex b’investiment ta’ aktar minn €2.3 miljun. Il-proġett li ġie mniedi kien strateġija ta’ reklamar u heritage trail ta’ turiżmu reliġjuż għal Għawdex.

Fi kliem Noel Formosa, li mexxa l-proġett f’isem id-Djoċesi ta’ Għawdex, “it-tnedija tal-Gozo Heritage Trail immarkat l-aħħar fażi ta’ proġett ħolistiku mwettaq mill-Assoċjazzjoni Kura matul dawn l-aħħar erba’ snin li fihom rajna diversi lokalitajiet igawdu minn fondi ġejjin mill-UE, biex sar restawr fuq patrimonju li jappartieni lil parroċċi, knejjes u ċentri li jinsabu f’Għawdex. Nistgħu ngħidu li dan il-proġett mhux biss ġedded dan il-patrimonju, imma wkoll salvah għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

Dawn il-proġetti”, kompla s-Sur Formosa, “kienu jinkludu r-restawr ta’ faċċati u kampnari tal-knejjes, znieter, pitturi tas-saqaf u koppli, ir-riġenerazzjoni ta’ mużewijiet u tal-Oratorju Don Bosco, ir-restawr ta’ orgnijiet, u oħrajn, fejn b’kollox sar investiment ta’ aktar minn żewġ miljun ewro. Din l-aħħar parti issa qiegħda wkoll toħloq l-ewwel heritage trail ta’ turiżmu reliġjuż fil-gżira tagħna li qed jiġi rreklamat barra minn xtutna”.

Il-proġetti jinkludu:
• Restawr ta’ pitturi fil-Parroċċi tal-Għarb, San Ġorġ u l-Fontana.
• Restawr ta’ orgnijiet fil-Parroċċi tal-Għarb u Ta’ Sannat.
• Restawr ta’ faċċati tal-knejjes u znieter fil-Parroċċi tal-Għasri, il-Fontana, Ta’ Sannat u l-Qala, u fil-Knejjes ta’ Santa Luċija, Marsalforn u n-Nazzarenu.
• Restawr tal-koppla u pitturi tas-saqaf tal-Parroċċi tal-Katidral, San Ġorġ, ix-Xagħra u Ta’ Kerċem.
• Riġenerazzjoni tal-Mużew tal-Katidral, u tas-sala u l-palk tal-Oratorju Don Bosco fil-Belt Victoria.

www.churchingozo.mt/gozo-ecclesiastical-heritage-trail/

Parroċċa tal-Viżitazzjoni - Għarb Għawdex St George's Basilica Parroċċa tal-Qalb ta' Ġesu' tal-Fontana Parroċċa Santa Margerita, Ta' Sannat Għasri Parish Qala Parish Gozo Cathedral Xaghra Parish Oratorju Don Bosco Knisja Santa Lucija V.M. Ghawdex Knisja Ġesù Nazzarenu, Xagħra Marsalforn Church

Aqsam fuq