Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Settembru, fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, Taċ-Ċawla, saret laqgħa…

Sors: Facebook

Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Settembru, fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, Taċ-Ċawla, saret laqgħa flimkien mal-katekisti kollha ta’ Għawdex, li fiha Dun Krystof Buttigieg, Delegat tal-Isqof għall-Katekeżi, spjega kif fid-dawl tal-Pjan Pastorali 2023-2024, fil-katekiżmu tat-tfal bi tħejjija għall-Ewwel Tqarbina (1) ser tingħata aktar attenzjoni lis-Sagrament tal-Qrar, (2) u permezz ta’ programm komuni għal Għawdex kollu li jmexxi mal-Liturġija tal-Ħadd ser issir reviżjoni tal-kontenut tal-laqgħat, b’mod li joffri aktar esperjenzi ta’ talb u karità. Fl-aħħar nett (3) ġie wkoll miftiehem li matul is-sena li ġejja ser jinħadem programm ġdid bi tħejjija għas-sagrament tal-Konfirmazzjoni. Qed ikomplu wkoll il-laqgħat ta’ darba fix-xahar fil-parroċċi għall-ġenituri tal-istudenti li qed iħejju għall-Preċett u l-Griżma.

Aqsam fuq