Sors: Facebook
Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Mejju, l-E.T. Mons. Savio Hon Tai-Fai SDB għamel l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fid-Djoċesi ta’ Għawdex bħala Nunzju Appostoliku għal Malta. Hu kien ġie maħtur f’dan l-uffiċċju mill-Papa Franġisku f’Ottubru li għadda.
In-Nunzju kellu laqgħa mal-Kulleġġ tal-Kappillani kif ukoll mad-Delegati tal-Isqof u kollaboraturi oħra tiegħu fis-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex, u iktar tard filgħaxija mexxa Pontifikal Solenni fil-Katidral tal-Assunta, fl-okkażjoni wkoll tal-Festa ta’ San Filippu u San Ġakbu Appostlu u l-ewwel Erbgħa tal-Assunta.
Mons. Savio kkummenta fuq il-karatteristiċi sbieħ li nnota fil-Knisja Għawdxija, fost l-oħrajn is-sehem attiv tal-lajċi.
Hu kien diġà żar Għawdex fis-7 ta’ Jannar u ltaqa’ mal-kleru Għawdxi, u kkonċelebra f’quddiesa li kienet saret fil-Katidral b’suffraġju tal-Papa emeritu Benedittu XVI
📷 Betty Bugeja / Jeremy Scicluna