Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Prevenzjoni u taħriġ dwar Safeguarding għall-edukaturi

Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru, l-edukaturi kollha tal-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex attendew l-ewwel fost sensiela ta’ sessjonijiet dwar is-Safeguarding of Minors, bħala parti mit-taħriġ kontinwu fl-iżvilupp professjonali tagħhom (Continuous Professional Development).

Is-sessjonijiet, li saru fis-sala tal-Iskola Primarja St Francis u fis-sala tal-Iskola Sekondarja Konservatorju tal-Isqof, kienu mmexxija minn Dun Joseph Farrugia u s-Sa Loraine Borg Cassar.

Is-sessjonijiet dwar is-Safeguarding of Minors għandhom l-għan li, bħalma titlob il-policy tas-Safeguarding fi ħdan il-Kummissjoni, matulhom l-edukaturi jiġu mħarrġa fuq tagħrif, għarfien u sens ta’ responsabbiltà dwar l-importanza ta’ ambjent sigur u protett minn kull abbuż għal kull student/a.

Aqsam fuq