Sors: Facebook
Wara l-kors ta’ ħamest ijiem li sar lejn nofs Frar b’formazzjoni u aġġornament għal-letturi li jxandru l-Kelma ta’ Alla fid-Djoċesi ta’ Għawdex, ’il fuq minn 70 persuna mill-parroċċi u l-komunitajiet tagħna ngħataw il-Mandat ta’ Letturi mill-Isqof Anton Teuma, nhar is-Sibt 25 ta’ Frar, l-Ewwel Ħadd tar-Randan, fis-Santwarju Ta’ Pinu. Il-Kummissjoni Djoċesana Liturġika qed tirsisti biex torganizza bosta korsijiet ta’ aġġornament għal dawk li jagħtu xi servizz liturġiku fil-Knisja.
📷 Mario Xerri