Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Wara li bħas-soltu fi tmiem Settembru sar l-eżami mitlub, għadu kemm tħabbar li dawn se…

Sors: Facebook

Wara li bħas-soltu fi tmiem Settembru sar l-eżami mitlub, għadu kemm tħabbar li dawn se jkunu l-11-il abbati mid-Djoċesi ta’ Għawdex li fis-sajf li ġej se jagħtu s-servizz tagħhom fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Vatikan:
• Luca Farrugia (mill-Parroċċa tal-Qala)
• Eman George Camilleri (mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ)
• Matthias Ryan Zammit Micallef (mill-Parroċċa tal-Katidral)
• Ivan Farrugia (mill-Parroċċa tal-Munxar)
• l-aħwa Joseph u Loren Mizzi (mill-Parroċċa ta’ San Lawrenz)
• Jacob Grech (mill-Knisja ta’ Santa Luċija – Parroċċa Ta’ Kerċem)
• Fulvio Maria Valenti (mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ)
• Michael Cauchi (mill-Parroċċa Ta’ Sannat)
• Clyde Borg (mill-Parroċċa tan-Nadur)
• Warren Cauchi (mill-Parroċċa ta’ San Lawrenz)

Minn din is-sena, l-abbatini Għawdxin li qed jitħejjew biex imorru l-Vatikan ser jibda jkun responsabbli tagħhom Dun Krystof Buttigieg, hekk kif Mons. Frans Bonnici temm snin twal ta’ servizz bħala Direttur Nazzjonali tal-Abbatini.

Aqsam fuq