Sors: Facebook
Xi jiem ilu ntemmet il-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart. Prattika tajba ta' użu intelliġenti ta' materjal diġà użat tidher fil-kuritur ta' fuq tal-Iskola Sekondarja tas-Seminarju Minuri tagħna, fejn twaħħlu dawn il-kartelluni b'tagħlim dwar l-Iskrittura li oriġinarjament inħadmu għall-Wirja "Shemà" li saret f'Mejju li għadda fil-Kurja.