L-Esperjenza ta’ Għemmaws
‘Dak inhar stess (fl-ewwel jum tal-ġimgha v.1), ġara li tnejn minnhom kienu sejrin lejn raħal jismu Emmaws jitħadtu bejniethom fuq kull ma kien ġara. Huma u jitħadtu u jitkixfu bejniethom Gesu innifsu resaq lejhom u baqa miexi magħhom imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuħ. U qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom intom u miexja” .Huma waqqfu b’ħarsa ta’ niket fuq wiċċhom. Imbagħad wieħed minnhom jismu Kleofa wieġbu u qallu: “Int waħdek il-barrani f’Ġerusalem li ma tafx x’ġara f’dawn il-jiem? ” X’ġara? staqsiehom Gesu. Imbaghad kompla jghidilhom: “Kemm intom boloħ u tqal biex temmnu dak li qalu l-profetti! Ma kellux il-Messija jbati dan kollhu u hekk jidħol fil-glorja tiegħu? U beda minn Mose u l-profeti jfissrilhom dak kollu li hemm fl-iskrittura. Meta qorbu lejn ir-raħal fejn kienu sejjrin għamel ta’ bir-ruħu li kien ser jibqa sejjer iktar il-boghod. Imma huma ġegħluħ jibqa magħhom u qalulu: “Ibqa magħna għax issa sar ħafna ħin u l-jum wasal biex jintemm” Imbagħad daħal biex joqgħod magħhom. X’ħin kienu fuq il-mejda, ħa l-ħobż, qal il-barka, qasmu u tahulhom. Imbagħad għajnejhom infetħulhom u għarfuħ iżda huwa għeb minn quddiemhom. Huma bdew jgħidu wieħed lil ieħor: “Ma kienitx imkebbsa qalbna ġewwa fina huwa u jkellimna fi-triq huwa u jfissrilna l-iskrittura. Dak il-ħin stess huma qamu u reġgħu lejn Gerusalem u hemm sabu lil ħdax u lil sħabhom miġbura u qalulhom: “Il-Mulej qam tassew u deher lil Xmun”
Din l-esperjenza ta’ Emmaws għalija għandha tifsira partikulari għaliex kif tafu erba snin ilu għazilt dettal minn dan il-kwadru bhala motto ghal ministeru episkopali tieghu: in factione panis - fil-qsim tal-ħobż. Imma llum nixtieq li fil-kuntest ta’ dan il-passaġġ, naqraw daqsxejn ir-realta tagħna s-sacerdoti llum. Għaliex ħafna drabi, aħna nsibu ruħna fis-sitwazzjoni ta’ Kleofa u l-persuna l-oħra. It-tnejn kienu qalbhom tqila u maqtuha, biex ma ngħidx it-tnejn kienu għajjenin tant li kienu qegħdin jfittxu li jaħarbu mir-ralta ta’ Gerusalem. Kienu zewg dixxipli li kellhom futur imċajjpar għaliex fid-dawl tal-falliment ta Kristu, kellhom f’moħħom u f’qalbhom il-biza li huma kienu falluti ukoll. Hassewhom weħidhom u skartati. Irnexxilhom jirrasenjaw ruhhom li ma kienx fadlilhom x’jaghmlu hlief li jirtiraw. Kienu vittmi ta’ vjolenza kif kien gara lil Kristu.
Nara li l-presbiteru, partikularment il-presbiteru tal-Knisja tagħna, facli jista jsib ruhu f’sitwazzjoni simili. Jista jkun qed nagħmel lettura mhux eżatta tas-sitwazjoni; imma nistqarr li dan huwa s-sentiment li gie li jkolli f’qalbi. Ghandi l-impressjoni li ahna s-sacerdoti ghandna qalbna tqila, maqtugha, inhossuna weħidna, ghandna futur imċajjpar u donnu li f’xi waqtiet nidhru li ahna ma nafux x’ser naqbdu naghmlu u aghar minn hekk, forsi nibdew nidubittaw xi hitega hemm illum tal-ministeru taghna. Qisna ahna rrassenjati bit-telfa!
Imma mbagħad il-hajja ta Kleofa u shiebu bdiet tinbidel meta iltaqghu mal- “”barrani”. Infatti huwa Kleofa li lil Gesu jghidlu: “Inti biss il-barrani f’Gerusalem”. Hu dan il-barrani li jersaq fuqhom u jagħmlilhom domanda li tikxef li kien sajjem ħafna mill-għarfien dwar il-ħajja ta’ Gesu, tant li d-dixxipli jgħidlu: “Inti biss il-barrani f’Gerusalem li ma tafx x’ġara?”. F’dan il-kuntest, nistaqsi jekk jistax ikun li fic-cirkustanzi li qed nghixu fihom, hemm bzonn li nhallu lill-“barrani” jersaq għandna u mhux aħna mmorru fuqu. Ma kienux Kleofa u sieħbu li fittxew lill-barrani! Pero rridu nkunu lesti li l-barrani li jersaq fuqna jista jkun sajjem, sprovist minn taghlim san, jew forsi ghandu tagħlim żbaljat u jagħmlilna domandi li jkunu jixbhu lil dawk li ghamel “il-barrani” lil Kleofa u siehbu: x’ġara madwarkom .. fil-knisja taghkom ? fuqhiex qeghdin titkellmu intom is-sacerdoti ghax dak li tghidu ma jidhirx li jaghmel sens ? x’intom tgħidu bejnietkom? Domandi bhal dawn ma ghandhom jimblukaw il-kuntatt, imma jistghu jifthulna ħafna toroq biex naslu nikkomunikam ma dak li jkun. Kollox jiddependi mit-tip ta risposta li ahna nagħtu. Ghad-domanda tal-barrani, Kleofa joħroġ dak ir-rakkont spontanju ta’ x’ kien ġara f’Gerusalem. Nisthajjel lil Kleofa jagħmel lezzjoni tat-teologija b’mod spontanju.. Imma ma kienx kliem ħiereġ minn qalbu; pjuttost kien kliem ħiereġ biss mill-fomm, tant li l-barrani meta jisma dik “il-priedka” bl-amment, jgħidilhom: “imma kemm intom boloħ u tqal biex temmnu”! Forsi r-risposti li naghtu ahna s-sacerdoti quddiem il-hafna mistoqsijiet li qed taghmel id-dinja ta madwarna huma ta l-istess stofa bhar-risposta ta Kleofa u allura tispjega ruhha l-inefficjenza tal-predikazzjoni taghna llum?
Kleofa u sieħbu ma kienux neqsin mill-għarfien dwar il-misteru, dwar Kristu u dwar il-ġrajja ta’ l-Għid. Imma għalkemm kellhom hazna ta għarfien, dan l-gherf ma kienx medeżimat – kienu ghadhom ma għamluħx tagħhom. Imma l-kuntatt mal-barrani ghenhom biex l-gherf teologiku li kellhom jghaddi mill-mohh ghal qalbhom. Ghalhekk nistaqsi jekk jistax ikun li l-grazzja tal-mument għal Knisja tagħna hija li aħna nħallu lill-barrani jersaq fuqna ghax dan jista jkun okkazzjni li tikxef li l-barranin fil-qafas tal-misteru huma aħna u mhux min għandu t-tikketta li huwa l-barrani. Jekk il-barrani jersaq lejna u aħna la nagħmlulu barrieri jew hitan u anqas nuzaw atteggjamenti li llum għadda żmienhom, huwa jista jgħinna nintebħu li aħna ukoll sajjmin mill-verita, li ahna ukoll m’għandniex’ tagħlim shih! Huwa jista jghinna nintebhu li t-tagħrif teologiku li ghandna mhux aggornat u għadu biss fuq livell akkademiku u billi għadu ma nizilx fil-qalb tghodd ghalina l-istess rimarka serja li Gesu ghamel llid-dixxipli ta Emmaws: “kemm intom boloħ u tqal biex temmnu”.
Min huwa l-barrani li jista jiġi fuqna? Huwa dak li qed jgħix fil-periferija tal-Knisja. Fil-Pjan Pastorali li ghandna ghat-tlett snin li gejjin u li qed jiġi afdat f’idejkom illum, propju nitkellmu dwar il-“pastorali tal-periferija”. Imma f’xi waqtiet inhoss li dan il-progett pastorali jibqa fuq il-karta għaliex m’iniex nara impenn u direzzjoni biex ikun hemm din il-pastorali tal-periferija! Paragrafu 26 ta dan il-Pjan Pastorali jgħid li “ minkejja ċ-ċokon ta’ gżiritna, karreteristika komuni għal parrroċċi kollha tagħna, hija l’hekk imsejjħa sitwazzjoni tal-periferija. Hemm tlett tipi ta periferija:
Ghandna l-periferija ġeografika, jiġifieri ta’ familji li joqgħodu fit-truf u fil-periferiji tal-parroċċa li x’aktarx ftit ikollhom kuntatt mall-parroċċa. Din hija stampa li ħarġet ċara mill-Missjoni Djoċesana li għamilna s-sena li għaddiet.
Hemm il-periferija soċjali, jiġifieri familji ġodda li joqgħodu f’irħula differenti minn fejn trabbew u jsibuha diffiċli li jsiru membri tal-kommunita
Imbagħad hemm il-periferija tal-fidi, jiġifieri ta’ dawk l-insara f’numru li qed jiżdied, li abbandunaw jew qed jabbandunaw il-prattika tal-fidi nisranija.
Imbagħad fil-paragrafu 27 inkomplu naqraw li: “il-Knisja trid tersaq lejn min iħossu imweġga, xi drabi anke mill-istess knisja jew xi drabi minn xi membru tagħha. Il-knisja jeħtieġ li tersaq lejn dawn il-persuni biex flimkien magħhom tagħmel mixja ta’ fejqan”.
Ma din il-lista ta barranin, nista nkompli nsemmi kategoriji ohra ta persuni li għalina huma mhux biss oġġett tal-pastorali imma ukoll okkazzjoni ta’ grazzja bħalma kien grazzja l-barrani li mar fuq Kleofa u sieħbu.
Fost dawn insemmi lil dawk li għaddejjin minn kriżi familjari u dawk il-familji li huma irregolari. Għawdex mhuwiex aħjar mil-bqija tas-soċjeta tal-Punent . Dawk li għaddejjin mil-krizi tal-familja, ħafna drabi huma “barranin” għalina għax jew ma jiġux il-Knisja għax huma stess tilfu il-fiducja fina jekk mhux ukoll għaliex inkunu ahna stess li tellifnihilhom; forsi ahna stess gerrixnihom mill-merhla u minn Alla u wassalnihom biex inqatghu mill-Knisja.
Huma “barranin” ukoll dawk li għandhom kriżi ta’ valuri. Illum kulħadd jitkellem mill-valuri imma x’valuri huma? Hawn konfuzjoni ta valuri u xi drabi dak li mhux valur jissejjah valur. Xi drabi, min suppost jigwida lil ohrajn, jazzarda jħawwad mhux biss il-ġerakija tal-valuri immal-istess valuri
Huma barranin dawk li għaddejjin minn kriżi ta’ kultura. Fost dawn hemm l-intelletwali taghna. Nistaqsi jekk f’pajjizna l-inteligentia hijiex parteċipi fil-ħajja tal-kommunita ekkjesli u għal liema raġuni dawn humiex barranin fil-Knisja!?
Meta nahseb fil-“barranin”, jiguni f’moħħi l-politici. Sfortunatament fostrna għad baqghalna fdal li jaħsbu li d-dixxiplu ta Kristu ma jistax u m’għandux jitkellem dwar is-soċjal. Forsi hawn min jirraguna hekk għax gie li fostna s-sacerdoti ikun hemm min flok ma jitkellem fuq is-soċjal, jitkellem b’mod partigjan. Diskors bhal dan qatt ma ghandu isir ghax inaffar u jfieri.
Hemm ukoll dawk li ghazlu li ma jkunux f’komunujoni ekklezjali
Jien konvint, u dan ngħidu ukoll fid-dawl ta esperjenza sabiħa li kelli fil-Brażil, mill-htiega u l-importanza tal-pastorali tat-triq. Kieku Kleofa u sieħbu ma sabux ruħhom għal għonq it-triq lejn Emmaws, kieku ma kienux jiltaqu ma dan il-barrani u ma kien jinfethilhom moħhom bid-dawl li rcievew minn dan il-barrani. Kemm aħna saċerdoti tal-poplu? Kemm qegħdin naghtu prijorita lil pastorali tat-triq fuq il-pastorali ta’ l-artal, ta’ l-iskrivanija u ta l-istituzzjoni bħalma huma l-Kurja, l-ufficcju, l-iskola etc. Irridu noħorġu iktar fit-toroq tagħna biex hekk nippermettu lill-barrani jersaq fuqna u jagħtina il-possibilta li ngħixu dan il-mument ta’ grazzja.
Il- barrani ghin lil Kleofa u lil siehbu jifhmu l-qofol tal-grajja ta Kristu: li l-Iben t’Alla li sar bniedem miet biex jagħti il-ħajja – ghalkemm garrab il-konsegwenzi tad-dnub, bil-qawmien tieghu huwa kisser il-ktajjen tad-dnub u l-mewt. Hekk, il-barrani għen lid-dixxipli ta Emmaws jifthu qlubhom ghal din l-ahbar it-tajba li għandha timla mhux biss lil presbiteru imma lil Knisja u lis-soċjeta bit-tama. Esperjenzi ta’ qtiegħ il-qalb mhux biss ngħaddu minnhom aħna, imma jimmarkaw il-hajja ta hafna oħrajn - dan immisuh b’idejna meta fil-komunitajiet niltaqħu ma sitwazzjonijiet u persuni li jkunu qartghu qalbhom u tilfu l-fiduċja. Imma l-ewwel irridu inkunu konvinti minn din il-verita ahna stess biex nikkomunikawha lil ohrajn; u mhux biss tkun xi ħaġa. Il-presbiteru ma jistax jghix jekk mhux fil-prospettiva tal-misteru tal-Ghid.
Lil Kleofa u d-dixxiplu l-iehor, nfetħulhom għajnejhom meta daħlu fil-lukanda .Ghalina, il-lukand hija l-Knisja: huwa fi hdan il-komunita nisranija li ahna nistghu naghmlu esperjenza tal-“kelma” t’Alla li ssahhan lil qlubna. Huwa fil-Knisja li ahna niksbu t-tifsira awtentika tal-Kelma. Imma jistajkun li ahna s-sacerdoti għandna kunċett żbaljat jew ridott tal-Knisja, għax hafna drabi naħsbu li l-Knisja hija għan-nies u mhux ghalina. Veru li l-Knisja hija ghan-nies; imma l-knisja hija għalina lkoll għax qabel ma ahna presbiteri, ahna nsara bhal bqija tal-poplu t’Alla. Xi darba, ahna s-sacerdoti bhal donnu nibżgħu noqghodu fil-“knisja”. Kemm insibu ħin fiex imorru l-knisja ? Mhux biex inwettqu l-uffiċċju tagħna li nqaddsu jew ngħidu l-uffiżżjatura, imma biex bhal bqija tal-poplu t’Alla nitolbu wahdina jew flimkien bhala presbiterju wiehed bhal meta meta jkun hemm talb għalina, meta jkun hemm adorazzjoni nhar ta Hamis filghaxija, meta jkun hemm xi konċelebrazzjoni mhux biex magħmlu sabiħ fuq l-arta,l imma biex nitolbu flimkien bħala presbiteri u bħala presbiterju wieħed. Huwa fatt li bhal hafna ohrajn, dejjem għandna x’nagħmlu u ftit nirriservaw hin ghat-talb anke fil-knisja!. Nistaqsi ftit fejn huma il-prijoritajiet tagħna! Huwa sewwa f’din is-sena saċerdotali naraw kif insibu postna fil-gemgħa li titlob, mhux tant bhala dawk li nippresiedu l-laqgha ta talb daqskemm li nkunu maghom migbura ghat-talb! Ma naharbux il-knisja fejn qiegħed .Apparti li dan ikun mod qawwi kif aħna nagħtu xhieda li nemmnu fit-talb, hemmhekk jinfetħulna għajnejna, nifhmu iktar il-barrani, u qalbna titkebbes.
Dan kollu ġara fl-ewwel jum tal-ġimgħa. Ghalina l-ewwel jum tal-gimgħa huwa l-Hadd. Illum ħallejtilkom “Ittra” biex biha nniedi l-Kungress Ewkaristiku Djocesan li ghandu bhala tema centrali “Jum il-Mulej”. Nitlobkom biex meta xxandruha lill-Knisja, aktar milli taqrawha, fittxu li tikkomunikaw il-messagg. Il-Kungress Ewkaristiku li ser naghmlu jrid jfakkar it-80 sena minn meta fid-djocesi taghna sar l-ewwel kungress fl-1929; imma principalment qed nagħmlu l-Kungress biex : nirriflettu, nitolbu u nieħdu azzjoni biex il-Knisja tagħna llum mhux biss tkompli tgħożż il-jum tal-Ħadd bħala jum speċjali imma ukol biex tgħin lis-soċjeta tirrivedi l-mod kif qed tgħix dan il-jum tal-Hadd billi aħna nipproponu lis-soċjeta u anke lid-dinja ċkejkna ta’ Għawdex dan ir-rigal li Kristu u l-Knisja qed jagħtuna fil- Jum tal-Hadd. Għaliex nibda din l-Ittra b’sentenza qawwija: “Serqulna Jum il-Mulej” ? Ghax ilu jberraq u bqajna passivi. Jekk tiftakru s-sena l-oħra fil-festa ta’ Kristu Sultan irriflettejna ukoll fuq din it-tema. Dak inhar jien għidt li ma hemm’x futur għalina jekk ma nirkuprawx Jum il-Mulej. Illum fl-Ittra qed nuza fazi oħra li txxibah: mingħajr l-Ewkaristija l-kommunita nisranija ma tgħix.
Gheziez huti fis-sacerdozju x’ser nagħmlu? Aħna irridu nkunu forza illi lil barrani (u lil barrani ta’ ġewwa) f’dan il-kungress Ewkaristiku nghinuh jerġa jibda jaħseb dwar il-ġmiel u l-bżonn tal-Jum tal-Mulej, kemm mill-aspett naturali u soċjali kif ukoll mill-aspett kristjan. Intom tafu li ftit tax-xhur ilu il-ħwienet f’Għawdex ingħataw liċenzja biex jiftħu l-ġimgha kollha. Xi hadd jew xi Union tal-haddiema tkellem dwar din l-inizjattiva li ghandha qawwa tbiddel it-tessut tas-socjeta taghna? Meta ftit xhur ilu ġie kellimni funzjunarju civili propju dwar l-introduzzjoni ta din il-mizura, u staqsieni x’nahseb, jien għidtlu li kont ser inwieġbu bħala ċittadin u mhux bħala saċerdot: “tisirqulniex il-Jum tal-Ħadd”. Din hija r-realta fejn il-jum tal-Hadd kompla jitnaqqar.
Aħna issa mhux biss irridu nitfgħu dawl fuq in-negattiv li hemm fil-Jum tal-Ħadd, imma irridu ukoll nitkellmu b’mod pożittiv għaliex il-Ħadd huwa bżonnjuz. Għalina bhala ċittadini l-Jum tal-Ħadd huwa bżonn marbut mad-dinjita tan-natura umana u mad-dinjita tal-familja; ghalina bhala dixxipli ta Kristu, il-Jum tal-Hadd ifisser il-hajja taghna ghax minghajr dan il-Jum, il-komunità tmut.