Milied Flimkien
Flimkien mal-ħmara u l-baqra fl-għar ta’ Betlehem kien hemm annimal ieħor! Kien hemm il-qażquż jixbah il-piggy bank li intom l-istudenti llum ġibtu magħkom biex toffruh lill-President tar-Repubblika li hija responsabbli mill-Community Chest Fund.
Kif il-qażquż tal-presepju kien qrib Ġesù, hekk intom bl-għotjiet tagħkom qegħdin tkunu qrib Ġesù li huwa preżenti f’dik il-persuna li għada pitgħada ser titlob u tirċievi l-għajnuna mill-Community Chest Fund. Ġesù japprezza ħafna din il-ġenerożità tagħkom għax dak li qegħdin tagħmlu mal-marid jew mal-bniedem fil-bżonn, qiskom qegħdin tagħmluh miegħu wkoll.