Aqbeż għall-kontenut

Ngħożżu l-Komunjoni

Irrodd ħajr lil Alla għal dawk kollha hawn ippreżentati minnek, Sur Sindku, li matul is-snin ħadmu biex illum qed jiġi inawgurat dan iċ-Ċentru Ċiviku f’din il-lokalità. Għalija dan iċ-Ċentru Ċiviku huwa strument ieħor biex tissaħħaħ l-għaqda kemm f’din il-komunità u kemm fi ċrieki aktar wesgħin bħalma hija l-komunità fil-gżira Għawdxija u l-komunità nazzjonali.

Imma kulħadd huwa konxju kemm hu diffiċli li tibni l-komunjoni, anki fil-familja. Jikkontribwixxi biex jibni l-għaqda min għandu xatba fuq fommu u ma jħallix lil ilsienu jikkmandah, u għalhekk jgħasses fuqu nnifsu biex ma jgħidx kliem żejjed. Ħafna drabi, biex wieħed iżomm l-għaqda, jagħżel li ma jirribattix anki meta jingħad kliem mhux veru u offensiv; iz-zekzik huwa kankru tal-komunjoni. Inkunu naħdmu għall-għaqda jekk infittxu dawk l-elementi li jgħaqqduna u mhux billi nenfasizzaw dawk li jiddistingwuna minn xulxin!

Nitlob lil Alla jbierek dan iċ-Ċentru Ċiviku u lill-Kunsill Lokali għal din l-inizjattiva billi jagħtina d-don tal-komunjoni.

pdf · 46.00 KB Niżżel