Primum Non Tacere
L-ghervf ta’ l-antenati taghna jghalimna li kieku l-kliem kien gawhar, is-skiet isbah minnu. Is-skiet huwa wiehed mill-virtujiet sbieh, ima mhux dejjem, ghaliex hemm certi cirkustanzi fejn meta l-bniedem jibqa’ fil-muta ma jkunx qed jghix bil-virtu` ima jkun qieghed jikkopera mal-hazin; il-komplicita fis-skiet mal-hazin. Il-kongura tas-silenzju quddiem certi sitwazzjonijiet illi min tassew jemmen fis-sewwa ghandu d-dover li jsema lehnu. Fil-medicina imexxi il-principju “prima non nuocere” l-ewwel haga li ghandek taghmel huwa li ma taghmilx hsara. Hemm min dan il-principju adattah fil-kuntest tal-gmiel tas-silenzju u tal-qawwa tal-kelma u jghid illi “primum non tacere.” L-ewwel dmir tal-bniedem f’certi qghadiet hu illi ma jiskottx, ma jaqax fis-silenzju. Hemm diversi cirkustanzi li nista napplika dan li qed nghid..
Fil-hajja individwali u tal-familja
Hemm ic-cirkustanzi tal-hajja individwali taghna, tal-hajja tal-familja taghna. Xi darba tara lil xi hadd diehel gol-hajt u ghal xi raguni jew ohra naghzlu li ma nintervjenuz, illi ma nghidux il-kelma tal-gid u nhaluh jidhol gol-hajt u jitfarrak sew jek inhu individwu sew jekk inhi koppja sew jek inhi familja . Kemm hsara nistghu nevitaw kieku ahna jkollna il-kuragg illi nghidu kelma f’waqta .
Quddiem l-ingustizji
Jekk ahna naraw madwarna certi ingustizzju jsiru tigi facli li taghlaq widnejk taghlaq ghajnejk u taghlaq fommok halli ma ticcapas b’dak il-hazen. Imma din m’hiex l-attitudni tal-bniedem tal-virtu ghaliex jek hemm min qed isoffri jew min qed jikkawza it-tbatija ahna ghadna id-dmir “primum non tacere” u mhux naqghu nitilfu ilsienna. Jekk jien per ezempju naf li hawn min qed jitraffika id-droga, flagell taz-zghar u tal-kbar, u hafna drabi l-gustizja ma tistax taghmel dmira jekkma ssibx il-kooperazzjoni ta’ l-ohrajn. Imma hafna drabi u f’cirkustanzi simili ahna naghzlu li nalqu halqna . Jek is-skiet huwa deheb “aurium” pero is-skiet ta’ din ix-xorta mhux ghajr l-ghelm tad-dghufija tal-bniedem.
l-asentejizmu socjali
Imbaghad hemm dak li jissejjah l-assentejizmu fis-socjal taghna l-insara ghaliex in-nisrani li tasallu l-kelma ta’ Alla, dik il-kelma ma tasallux biex izomma ghalih izda biex itenija u jxandara minn fuq il-bjut . Imma huwa fenomenu ta’ zminijietna dan l-asenteizmu tan-nisrani mis-socjali jigifieri mid-dinja ta’ madwarna . Hem dik li tissejjah “l-accidja pubblika”. L-acidja hija wiehed mis-seba vizzji kapitali , ftit ghadna nitkellmu minnu, il-vizzji kapitali u l-accidja huwa wiehed mil-vizzji kapitali, meta wiehed jiddeciedi li ma jinteressax ruhu minn dak li hu ghaddej madwaru, jaghzel li biex ikun iktar zgur , allura jirtira u jipreferi s-skiet.. Zgur li hawnhekk is-skiet mhux virtu, mhux gawhar, mhux deheb ghaliex kif jghid il-Kardinal Bagnasco, il-Preseident tal-Konferenza Episkopali Taljana, “ghan-nisrani ili jibqa’ sieket meta supost ixandar il-Vangelu dan huwa dnub tal-omissjoni kontra Alla u kontra il-bniedem.” U minn dan is-skiet ghadna gheziez tieghi., ghadna madwarna. Jiena nhos li l-poplu ta’ Alla hu mahkum minn certu sens ta’ inferjorita , ghar minn hek minn certu sens ta’ biza u allura irtiraw u fomna mitbugh. Id-dmir li ahna nitkelmu u ma nibqghux siekta ikun iktar gravi skont kemm il-valuri ili huma fid-diskusjoni huma serji, specjalment f’dawk li jissejhu il-valuri li ma nistax ninnegozjahom, jigiferi il-valuri fermi, li ma nistax incedi tikka wahda. Allura il-valur tal-hajja, il-valur taz-zwieg, il-valur tal-liberta` religjusa, il-valuri marbutin mal-gustizzja socjali. Dawn kolha huma kamp fejn jek ikun hemm in-nisranmi sieket allura ghandna ghalfejn ninkwetaw. Din l-accvidja pubblika tal-insara fejn ahna mmorru mal-kurrent u nibdew nirragunaw bhal kulhadd illi kollox sew, inqablu fejn jaqbel. U biex ma nigbdux xi forma ta’ odjozita fuqna, allura ghaqlin bizzejjed biex naqghu fil-muta. Jistax ikun illi dan l-asentejizmu mill-pjazza taghna l-insara huwa dovut ukoll ghal skiet iehor, din id-darba fil-Knisja. Donnu niezel ghamad fuq ghajnejna illi la jhallina naraw u lanqas nisimghu dwar certi qghadiet, li fil-fehma tieghi huma garvi, fil-hajja interna, issa fil-haja interna, tal-Knisja taghna. X’qed nifhem?
Is-skiet tal-Knisja – l-accidja ekklezjali
Jien per ezempju ftit qed nisma lil min jitkellem dwar Gesu` Kristu. Forsi tghiduli “x’inti tghid?” Ftit nisma min jitkellem dwar Gesu Kristu b’tali mod, kif tasew nemmnu kollox hu dawl mir-riferiment ghal Kristu, l-Iben ta’ Alla. Ftit nara awdacja, hegga biex nitkellmu ma’ xulxin dwar il-Vangelu ta’ Gesu Kristu . Kemm inkellmuhom lill-uliedna, gheziez tieghi, ha nkun pratiku; kemm nipprova naghtu pariri li huma mkeppsin mid-dawl ta’ Gesu Kristu? Kemm ahna prejokupati bin-nuqqas tal-ghotja (glorja) tal-grazzja? Ghax dan kollox tafux fil-hajja tal-Knisja? Jek ahniex nghixu fl-istat tal-grazzja jew le. Konsegwenza ta’ dan peress li ma ghandniex din il-preokkupazzjoni dwar il-livell tal-hajja tal-grazzja naslu biex naghmlu certi kompromessi u nhallu d-dnub jghammar fi qlubna u jghammar fostna. U naslu mhux biex nittolleraw izda biex nigustifikaw id-dnub jekk illum nista nitkellem fuq id-dnub ghax hawn min jipprova jsiktek biex ma semmhiex certu kliem fil-Knisja . Din hi wkoll l-accidja ekklezjali. Mahniex daqshekk imhegin biex inzommu hajj ail-fidi nisranija, id-dixxipulat taghna wara Gesu Kristu. Imbaghad ma nistagibx b’certu sparaturi l’hawn u l’hin. Din il-problema jew ahjar l-isfida li nixtieq li nirifleti dwarha fid-dawl tal-Patrun taghna San Guzepp ili huwa maghruf bhala il-qaddis tas-silenzju. Ikun zball jek ahna nahsbu illi San Guzep kien sieket biex jahrab mir-responsabilta` illi jitkellem. Difatti, nistghu nghidu, ili ghad li ghandna ftit sentenzi li hargu mill-fomm il-Patrijarka Guzeppi. Imma zgur li hemm azzjonijiet illi jitkellmu aqwa mill-kliem li lissen San Guzepp. Liema huma dawn?
San Guzepp – sieket fil-kelma izda mhux fl-azzjoni
Nibda b’riflessjoni li ghamel wiehed mill-Missirijiet tal-Knisja Sant’Injazju ta’ Antijokja. Sant’Injazju li kien weighed jikteb f’epoka, fit-tieni seklu, meta kien hemm l-erezija hek imsejha Docetizmu, jigifieri dawk li kienu jichdu li Kristu kien veru bniedem, jichdu l-misteru tal-inkarnazjoni. Sant’Injazju ried jiddefendi tliet misteri “gravosi” hek isejhilhom jigifieri kbar ilkli inhadmu fis-silenzju ta’ Alla., it-tnissil ta’ Gesu` Kristu, l-identita` ta’ Gesu Kristu u l-passjoni u l-mewt salvifika tal-Mulej. Huma tliet misteri kbar illi Alla wettaqhom fil-mohbi. Imma biex Alla seta’ jwettaqhom fil-mohbi, jghid Sant’Injazju, seta’ jwetaqhom bis-skiet huwa kelu bzonn il-kooperazjoni ta’ San Guzepp ghaliex biex jghati l-grajja misterjuza tat-tnissil tal-Verb fil-guf safi ta’ Marija huwa jinqeda b’Guzeppi biex ikun l-gharus, ir-ragel ta’ Marija. Biex jahbi l-identita` tal-Verb li sar bniedem u jaghtih identita umana jinqeda b’Guzeppi, bin David. Qed taraw gheziez tieghi, kif bis-skiet tieghu Guzeppi jiddisponi ruhu halli din l-azjoni mohbija ta’ Alla tiehu sura fid-dinja ta’ dak iz-zmien.
Imsejhin biex bhal Guzeppi Alla jinqeda bina
Gheziez tieghi din hija l-missjoni tal-Knisja u taghna ilkoll, partikolarment taghkom il-lajci, ghaliex anke llum Alla huwa prezenti u forsi hemm cirkustanzi fejn jaqbel illi l-presenza ta’ Alla, ghalkemm qeda hemm u hi effettiva, imma ghandha bzonn xi hadd biex Alla jinheba warajh, bhalma kien Guzeppi. Min hu dan ix-xi hadd? Dan ix xi hadd huwa ahna, illi Alla l-imbierek huwa haj, li jinteressa ruhu mill-istorja li qed tintisegg taghna l-bnedmin, ghandu bzonn taghna biex l-azzjoni tieghu tal-grazzja tahdem fid-dinja ta’ llum u bhalma Guzeppi ghalkemm kien sieket, l-azzjoni tieghu kienet taqshekk qawwija. Wiehed jawgura illi l-komunita` nisranija ma tirtirax u ma titfghax wara spallejha dan id-doin li qed jaghtiha Alla l-Imbierek.
Niddefendu l-hajja u l-familja
Imma kien hemm azzjonijiet ohra ta’ Guzeppi illi juru kemm hu kien attiv, vociferu (?) ghalkemm kien sieket. Huwa jiddefendi l-haja tat-tarbija ta’ Betlehem sa mill bidu net tat-tnisil taghha ghax jaghti l-paternita` tieghu lil Marija . Huwa jiddefendi lil Marija minn dik li nistghu nsejhulha l-opinjoni pubblika illi kienet ser iddur kontrija . Huwa jiddefendi l-familja . x’hin gie il-mument huwa jitlaq lejn l-Egittu u mill-Egittu jerga’ lura lejn il-Galilea . Huwas jiddefendi kontra l-hazen inkarnat fil-persuna ta’ Erodi . Dan kollu nistghu naghmluh ahna gheziez tieghi, bl-azjoni u l-vuci taghna meta niddefendu l-hajja fl-integrita taghha , meta niddefendu l-bniedem fl-integrita tieghu , meta niddefendu l-familja , il-familja, li ghandha bzonn ta’ difensuri kuragjusi fis-socjeta` ta’ llum . Meta ahna nieqfu lil hazen li hawn prezenti fis-socjeta taghna.
Guzeppi kien ta’ azjoni ghax kien ihobb is-skiet – ahna siekta ghax ma nhobux is-skiet.
Imma ghaliex Guzeppi kien kapaci jikser dan is-skiet? Ma cediex ghal komplicita mal-hazin. Ma sehhibx fl-omerta. Ghaliex Ghaliex Guzeppi, b’differenza mil-bniedem ta’ llum kien ihobb is-skiet u ahna bnedmin siekta ghax ma nhobbux is-skiet. Araw tifhmuwiex din? Ahna ittentati illi naghlqu fommna u allura nkunu nies silenzjuzighaliex ma mhobbux, ma nfittcux il-mumenti ta’ skiet. Ghaliex? Ghaliex kif jghid San Gwann Grizostmu “is-skiet huwa dak il-karru tan-nar illi tella’ lil Elija fis-sema .” U is-skiet ghalina l-bnedmin huwa l-karru li jidahhalna fil-presenza tal-misteru ta’ Alla, kif kien presenti ghal misteru ta’ Alla San Guzepp, Patrun tal-Knisja . San Gwann Grizostmu jghid illi “is-skiet huwa l-fundament tal-hajja ta’ l-ispirtu” ghax jekk il-bniedem ma jaghmilx spazju go fih innifsu u jnehhi hafna mill-istorbju u l-hsejjes li hemm, ma hemmx wiesgha ghall-ispirtu., ikun fqir spiritwalment. U jien ma nistaghagibx bil-faqar spiritwali li ghadna llum. Nistghu nghidu ghal kollox dwar San Guzepp barra li kien fqir spiritwalment . U San Gwann Trilogu jghid li “is-skiet huwa d-dawl li jwassal lill-bniedem halli jilbes il-virtujiet.” Libsa li l-bniedem ta’ llum forsi gabar fil-kexxun jek mhux ukoll raghmiha, din il-libsa tal-virtu`. U San Guzepp nafu li huwa l-bniedem tal-virtu`, dak illi nigbruh f’kelma wahda, huwa l-bniedem “gust”. Qed taraw ghaliex ahna hafna drabi naghzlu li ma nitkellmux, li nirtiraw mill-pjazza, illi ma nintervjenux fil-misjoni li ghandha l-Knisja. Propja ghaliex ahna mahniex hbieb tas-skiet, tas-skiet interjuri.
Il-Papa Benedittu f’messagg illi taghna din is-sena fil-Jum tal-Mezzi tal-Komunikazzjoni Socjali jitkellem mis-silenzju bhala mezz ta’ komunikazzjoni u jghid kemm hu impoortanti li l-bniedem japprezza dawk il-mumenti ta’ trankwillita, tal-hemda, tas-skiet interjuri ghaliex altrimenti facli jingarr mill-kurent, jinhakemm minn certi mentalitajiet u jsir vittma. Jek il-bniedem ma ghandux dawn il-mumenti tas-skiet u allura ta’ riflessjoni, ta’ analisi, ta’ valutazzjoni u biex jaghmel decizjoni responsabbli allura facli li ma jsibx il-kelma biex jista jipproniunzja ruhu u jaghzel li jibqa’ fis-skiet, imma biex jikkopera mal-hazen.
PAGE
PAGE 6