Tlifna l-Ktieb
Nistħajjel li hemm fostna min irid ifassal libsa imma infixel għaliex tilef il-ktieb bil-paterns. Aħna mhux libsa rridu nfasslu aħna rridu nfaslu l-ħajja taghna personali. Ahna għadna d-dmir li nfasslu u nfasslu mingħajr ma niehdu żbalji l-haja tal-familja tagħna. Aħna nixtiequ illi nagħtu tifsila, u tifsila tajba, lis-socjeta li aħna nagħmlu parti minna. Imma aħna wkoll tlifna l-ktieb li fih kif nistgħu nfaslu dak li nixtiequ. Xi drabi nistħajjilni bħal dak li jrid isuq imma tilef il-kodiċi tas-sewqan u allura ma jafx xi jfisser “one way” ma jafx jaqra certi sinjali ta’ traffiku bir-riskju illi jaħbat hu u jagħmel ħsara lilu nnifsu u lil dawk ta madwaru. Ahna wkoll irridu naghtu direzzjoni, iridu nmexxu, min ftit u min ħafna, u tlifna il-kodici li jaghtina direzzjoni zgura u jevitalna li nidhlu ġo ħajt u nagħmlu ħsara lilna nfusna u lil ta madwarna. U ghaliex tlifna dan il-kodiċi tas-sewqan, il-bniedem ta’ llum jidhirlu li jista jivvinta hu l-kodiċi tal-ħajja.
Illum aħna qegħdin niċċelebraw l-Għid ta’ l-Assunta u f’dokument tal-Knisja ta’ l-ewwel seklu li jirrakonta dak li jsejhulu “it-tranżitu tal-Vergni Imbierka minn din id-dinja ghas-sema” hemm dettal li laqatni ħafna illi l-Vergni Omm taghna , jirrakkonta dan id-dokument antik hafna, il-Vergni Imbierka isejjah madwarha lill-Appostli u taghzel minnhom lil Ġwanni u tafdalu l-ktieb, tagħtih il-ktieb u tgħidlu lil Ġwanni biex dan il-ktieb jgħożżu u jagħdih minn ġenerazzjoni ghall-ohra. X’kien dan il-ktieb illi l-Assunta, qabel ma mietet, qabel ma ġiet imtella’ is-sema hija tafda lil Knisja? Huwa dak il-ktieb illi fih insibu l-pattern kif għandna nfasslu l-ħajja tagħna. Huwa l-ktieb li joffrilna l-kodiċi. B’dawk ir-regoli ħalli ngħarfu nagħtu direzzjoni tajba lilna nfusna u lil ta’ madwarna. Huwa l-ktieb Sagru illi Marija nieżlet fih il-ġrajjiet li hija għexet flimkien ma’ binha Ġesu. Illum nistgħu ngħidu li hu l-ktieb tal-Venġelu.
Għalhek f’dawn iċ-ċirkustanzi li fihom qegħdin ngħixu fihom, meta tlifna l-ktieb, din il-lejla qaddisa li fiha qegħdin nisru ħalli għada niċċelebraw l-Għid ta’ l-Assunta jiena neżortalkom biex il-Knisja tagħna terġa tiskopri dan il-ktieb illi ħallitielna l-Verġni Imbierka fil-persuna ta’ San Ġwann, il-Ktieb Imqaddes. Jekk il Bambin irid f’Otubru li ġej il-Knisja sejra tiċċelebra is-sinodu tal-Isqfijiet fejn rapreżentanza minn kull Knisja ser tiltaqa’ madwar Pietru, madwar Benedettu u sejrin nirriffletu kif dan il-ktieb sejrin nagħmluh iktar qrib il-bniedem; sejrin nirrifletu u nitolbu dwar il-missjoni li l-Knisja għandha bħala evanġelizzatriċi, bħala dik li tħabbar il-Vanġelu. U nixtieqkom illi mil-lum titolbu biex din il-ġraja jkollha wkoll l-effeti tagħha fil-Knisja tagħna lokali għaliex anke fostna jeħtieġ li nkunu iktar ħbieb ta’ l-evanġelju, anke fostna hem bżonn li nerġgħu niskopru l-Kelma tagħha fl-awtentiċita tagħha, il-Kelma ta’ Alla li tixxandar u tiġi imfissra fi ħdan il-komunita nisranija jew fi ħdan il-Knisja. Din hi t-triq għal futur għeżież tiegħi jekk irridu nsibu s-soluzzjoni għat-taħwid u d-diżordni illi qegħdin ifaqqsu fostna, li nerġgħ naqbdu f’idejna, imma bis-serjeta, il-ktieb imqaddes, illi nerġgħu insibu l-ħin biex flimkien naqraw il-Kelma, nirifletu fuqha u nipprovaw napplikawha fil-ħajja ta’ kuljum. Jien irrid nagħmel kuraġġ l;il dawk il-gruppi preżenti fid-Djoċesi tagħna li regolarment jiltaqgħu madwar il-Ktieb. Jien għandi f’moħbi dawk li nsejħulhom komunitajiet Ewkaristiċi, hemm dawk li huma gruppi tal-Lectio Divina, hemm il-movimenti bhalma huwa l-moviment Neo-Katekumenali, bħalma huma l-Kariżmatiċi. Dawn kollha huma opportunitajiet biex niltaqgħu madwar dan il-Ktieb u nerġgħu niskopruh u nagfħduh minn ġenerazzjoni għall-oħra għaliex għandi l-impressjoni li ma tantx aħna imħeġġin, ma tantx aħna konvinti illi dan il-Ktieb irridu nittrasmetuh minn ġenerazzjoni għall-oħra.
Pero il-Ktieb Imqaddes, l-Evanġelju Mqaddes mhuwiex waħdu. Hemm żewġ kotba oħra li llejla nixtieq nirrikmanda lil Knisja