Aqbeż għall-kontenut

150SenaSeminarju

F’Konferenza Stampa nhar is-Sibt 24 ta’ Settembru 2016 filgħodu ġie mħabbar il-programm ta’ ċelebrazzjonijiet u attivitajiet li s-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù (Djoċesi ta’ Għawdex) qed iniedi fl-okkażjoni tal-mija u ħamsin (150) anniversarju mit-twaqqif tiegħu (1866-2016), sentejn biss wara t-twaqqif tal-istess Djoċesi.

Il-Konferenza, li nżammet fl-istess Seminarju fil-Belt Victoria, ġiet indirizzata mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex; Dun Richard Nazzareno Farrugia, Rettur tas-Seminarju; il-Kan. Emanuel Saliba, Kap tal-Iskola Sekondarja tas-Seminarju Minuri; u d-Djaknu Michael Grima f’isem il-komunità tas-Seminarju Maġġuri.

Fid-dokumenti mehmuża ma’ din l-Istqarrija għandek issib: 1) il-Mission Statement tal-Kumitat Organizzattiv imwaqqaf apposta dwar l-għan taċ-ċelebrazzjonijiet anniversarji; 2) il-logo uffiċjali tal-okkażjoni; 3) storja qasira tas-Seminarju (bil-Malti u bl-Ingliż); 4) mumenti ewlenin mill-qafas tal-programm ċelebrattiv imħejji; 5) il-ġist tal-interventi tal-kelliema fil-Konferenza Stampa; 6) ritratti.

Qed jintbagħat ukoll filmat ipprovdut minn Citadel Video Communications lill-kmamar tal-aħbarijiet tat-televiżjoni.

Is-Seminarju ta’ Għawdex bħala istituzzjoni jinkludi dak Maġġuri fejn qed jiġu ffurmati s-saċerdoti ta’ għada, b’komunità li bħalissa tikkonsisti f’disa’ seminaristi, tlieta minnhom fis-sena intermedjarja tagħhom barra minn Malta; u dak Minuri, bi skola sekondarja ta’ 360 student bejn il-ħdax u s-sittax-il sena.

150senaseminarju.pdf pdf · 279.87 KB Niżżel

Aqsam fuq