Aqbeż għall-kontenut

24SiegħaGħall-Mulej

Bejn il-Ġimgħa 4 u s-Sibt 5 ta’ Marzu 2016 fid-Djoċesi ta’ Għawdex

Nhar il-Ġimgħa 4 u s-Sibt 5 ta’ Marzu 2016, id-Djoċesi ta’ Għawdex se tingħaqad mal-Knisja Universali biex tilqa’ l-istedina li għamel il-Papa Franġisku biex fir-Randan ta’ din is-Sena Mqaddsa tal-Ħniena kull parroċċa torganizza l-inizjattiva “24 siegħa għall-Mulej” (ara wkoll http://www.iubilaeummisericordiae.va/content/gdm/it/roma/grandi-eventi/2016-03-04-24ore.html).

Fil-Bulla Misericordiæ vultus, par. 17, il-Papa Franġisku jikteb hekk:

L-inizjattiva “24 siegħa għall-Mulej”, li għandhom jiġu ċċelebrati l-Ġimgħa u s-Sibt ta’ qabel ir-IV Ħadd tar-Randan, għandha tingħata iktar prominenza fid-Djoċesijiet. Tant persuni qed jerġgħu jersqu lejn is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni u fosthom għadd ta’ żgħażagħ, li f’din l-esperjenza spiss qed isibu mill-ġdid il-mixja li treġġagħhom lura għand il-Mulej, biex jgħixu mument qawwi ta’ talb u jiskopru mill-ġdid is-sens ta’ ħajjithom. Ħa nqiegħdu b’konvinzjoni mill-ġdid fiċ-ċentru lis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni, biex jagħtina li mmissu b’idejna l-kobor tal-ħniena. Dan ikun għal kull penitent għajn ta’ sliem ġewwieni veru.

Fuq livell djoċesan, f’Għawdex din l-inizjattiva se tiftaħ nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Marzu, b’Pellegrinaġġ Penitenzjali lejn il-knisja parrokkjali ta’ San Girgor il-Kbir u l-Madonna tas-Sokkors, Ta’ Kerċem, li jibda fil-5.30pm minn Pjazza Salvatore Busuttil. Iċ-Ċelebrazzjoni Penitenzjali tibda fis-6.00pm u titmexxa mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, u fiha jipprietka Patri Marcello Ghirlando OFM, Missjunarju tal-Ħniena.

Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, imbagħad, fil-knejjes parrokkjali kollha ta’ Għawdex u fis-Santwarju Ta’ Pinu sa jkun hemm ċelebrazzjonijiet penitenzjali, ħinijiet twal ta’ adorazzjoni u disponibbiltà ta’ konfessuri għall-Qrar, anki fis-sigħat ta’ billejl. Lista ta’ dawn, bid-dettalji u l-orarji kollha, qed tingħata flimkien ma’ din l-Istqarrija.

L-inizjattiva “24 siegħa għall-Mulej” tiġi fi tmiemha mill-ġdid fuq livell djoċesan b’Quddiesa Solenni fil-knisja parrokkjali Ta’ Kerċem, immexxija mill-E.T. Mons. Isqof Markos Ghebremedhin, Vigarju Appostoliku ta’ Jimma-Bonga fl-Etjopja, nhar is-Sibt 5 ta’ Marzu fis-6.00pm.

***

“24 Siegħa Għall-Mulej” fil-Parroċċi Għawdxin

TA’ SANNAT: Il-Ġimgħa mis-7.00pm sa 12.00am: Adorazzjoni u Qrar. Fis-7.00pm: Ċelebrazzjoni Penitenzjali. Is-Sibt mill-5.00am sa 12.00pm: Adorazzjoni u Qrar.

SAN ĠORĠ (IL-BELT VICTORIA): Il-Ġimgħa mid-9.30am sa 12.00am: Adorazzjoni bejn il-Quddies b’servizz ta’ Qrar il-jum kollu. Fis-6.00pm: Quddiesa tal-Festa tal-Liżar ta’ Kristu. Is-Sibt mid-9.30am sa 12.00pm: Adorazzjoni bejn il-Quddies b’servizz ta’ Qrar il-jum kollu.

IN-NADUR: Il-Ġimgħa mid-9.00am sad-9.00pm: Qrar u Adorazzjoni. Is-Sibt mill-5.15pm sas-7.00pm: Adorazzjoni fil-Prayer Room.

IX-XEWKIJA: Il-Ġimgħa: Adorazzjoni l-ġurnata kollha. Fis-7.00pm: Ċelebrazzjoni Penitenzjali. Fit-8.00pm: Tkompi l-Adorazzjoni l-lejl kollu. F’12.00am: Quddiesa. Wara l-Quddiesa: Tkompli l-Adorazzjoni sa filgħodu fil-Mużew tal-Iskultura.

GĦAJNSIELEM: Il-Ġimgħa mid-9.30am sas-6.00pm: Adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali. Is-Sibt mit-8.30am sad-9.00pm: Adorazzjoni fil-Knisja l-Qadima. Mill-5.00pm sad-9.00pm: Qrar.

TA’ KERĊEM: Il-Ġimgħa mill-5.30am: Adorazzjoni fil-Kappella tal-Ewkaristija. Fil-5.30pm: Pellegrinaġġ u Ċelebrazzjoni Penitenzjali. Adorazzjoni l-lejl kollu u Qrar sal-10.00pm. Is-Sibt sad-9.00pm: Adorazzjoni.

IL-KATIDRAL (IL-BELT VICTORIA): Il-Ġimgħa mit-8.00pm sa 12.00am: Lejl Adorazzjoni.

IL-FONTANA: Il-Ġimgħa mis-7.30am sal-11.00pm: Adorazzjoni. Fl-4.00pm: Adorazzjoni għat-Tfal. Fil-5.00pm: Adorazzjoni tal-Ħniena Divina. Fis-6.00pm: Quddiesa. Fis-6.30pm: Via Sagra. Fis-7.00pm: Ċelebrazzjoni Penitenzjali. Mit-8.00pm sal-11.00pm: Qrar. Is-Sibt mill-5.00am sad-9.00am: Adorazzjoni.

IL-MUNXAR: Il-Ġimgħa fis-6.00am: Quddiesa. Matul il-ġurnata: Adorazzjoni. Fit-3.00pm: Siegħa tal-Ħniena Divina. Fis-6.30pm: Servizz Penitenzjali. Fis-7.00pm: Via Sagra u lejl Adorazzjoni. Is-Sibt fis-6.00am: Għeluq bil-Quddiesa.

IŻ-ŻEBBUĠ: Il-Ġimgħa wara l-Quddiesa tal-11.00am: Tibda l-Adorazzjoni. Mis-2.00pm sat-3.00pm: Siegħa tal-Ħniena Divina u tkompli l-Adorazzjoni. Fis-5.45pm: Via Sagra. Fis-6.00pm: Quddiesa u tkompli l-Adorazzjoni sal-10.00pm. Matul l-Adorazzjoni jkun hemm servizz tal-Qrar.

SAN LAWRENZ: Il-Ġimgħa fis-6.00am: Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. Fis-6.30am: Quddiesa u wara tibda l-Adorazzjoni. Fil-5.00pm: Quddiesa. Mill-5.30pm sas-6.30pm: Qrar. Fis-6.30pm: Quddiesa. Mis-7.00pm sal-10.00pm: Qrar. Mis-7.00am sal-5.30pm tas-Sibt: Adorazzjoni.

L-GĦARB: Il-Ġimgħa mid-9.00am sas-6.00pm: Adorazzjoni. Fis-6.30pm: Ċelebrazzjoni Penitenzjali. Mis-7.30pm sal-10.00pm: Adorazzjoni.

IL-QALA: Il-Ġimgħa mit-8.00am sas-6.00pm: Adorazzjoni. Fis-6.30pm: Ċelebrazzjoni Penitenzjali. Fit-8.00pm: Quddiesa. Mit-8.30pm sa 12.00am: Adorazzjoni.

L-GĦASRI: Il-Ġimgħa mill-5.00pm sat-8.00pm: Adorazzjoni u Qrar.

IX-XAGĦRA: Il-Ġimgħa mit-3.00pm: Tiftaħ l-Adorazzjoni fil-Bażilika u fl-Oratorju tal-Passjoni li tibqa’ sejra l-lejl kollu. Fit-3.00pm: Is-Siegħa tal-Omm Addolorata. Fis-7.00pm: Ċelebrazzjoni Penitenzjali bil-Qrar immexxija minn Patri Paul Chetcuti SJ. Fit-8.00pm: Adorazzjoni għaż-żgħażagħ u l-adolexxenti. Mill-10.00am: Katina ta’ talb u adorazzjoni. Is-Sibt sat-8.00am: Adorazzjoni fis-skiet fil-Bażilika u fl-Oratorju tal-Passjoni. Matul il-ġurnata: Espożizzjoni tas-Sagrament fil-knejjes ta’ Sant’Anton Abbati u Ġesù Nazzarenu b’possibbiltà tal-Qrar. Fit-3.00pm: Quddiesa u Qrar fil-Klabb tal-Boċċi. Fis-6.30pm: Quddiesa tal-għeluq fil-Bażilika.

SANTWARJU TA’ PINU: Il-Ġimgħa fis-6.00pm: Meditazzjoni tal-Via Sagra. Fis-6.30pm: Quddiesa. Mis-7.00 sal-10.00pm: Is-Santwarju jkun miftuħ għat-talb fis-skiet u l-Qrar.

24sieghaghall-mulej.pdf pdf · 237.58 KB Niżżel

Aqsam fuq