B’effett mill-bieraħ it-Tnejn 15 ta’ April 2024, l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma ħatar lil DUN KRYSTOF BUTTIGIEG, mill-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni u San Ġużepp, il-Qala, bħala Amministratur Parrokkjali tal-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur.
Iktar tard din is-sena, Dun Krystof jirċievi l-ħatra bħala t-tmien Arċipriet tan-Nadur, wara Mons. Jimmy Xerri, li kien ilu Ragħaj spiritwali ta’ din il-parroċċa sa mill-1 ta’ Frar 2010.
Dun Krystof se jkun is-16-il Ragħaj spiritwali tal-Parroċċa tan-Nadur, li twaqqfet fit-28 ta’ April 1688 u saret Arċipretali fid-19 ta’ Diċembru 1893.
st-03-2024-amministratur-parrokkjali-nadur.pdf pdf · 108.18 KB Niżżel