Sors: Facebook
Fid-dawl tat-temperaturi eċċezzjonalment għoljin u l-mewġa ta’ sħana li bħalissa qed taffettwa lil pajjiżna, kulħadd, b’mod partikolari l-anzjani u persuni vulnerabbli, għandu jevita esponiment dirett għax-xemx u għas-sħana intensa, iżomm ruħu frisk kemm jista’ jkun, u jara li jixrob ammont adegwat ta’ ilma sabiex jibqa’ idratat sew.