Aqbeż għall-kontenut

Bejn l-1 u l-15 ta’ Lulju, f’Dar Manresa, l-Isqof Anton Teuma mexxa l-kors…

Sors: Facebook

Bejn l-1 u l-15 ta’ Lulju, f’Dar Manresa, l-Isqof Anton Teuma mexxa l-kors ‘Psychodynamics of Family Relationships’ organizzat mill-Istitut għall-Ministeru Pastorali flimkien mal-Kummissjoni Pastorali Familja.

Matul dawn il-11-il ġurnata, għal 3 sigħat kuljum, il-parteċipanti kellhom il-possibbiltà li jieqfu jirriflettu fit-tul fuq temi marbuta mar-relazzjonijiet fil-familja. Hekk setgħu jifhmu aħjar id-dinamiċi tal-familja li sawrithom u dawk tal-familja preżenti tagħhom, u fl-istess waqt jifhmu aktar lilhom infushom. Ingħataw ukoll spunti siewja dwar kif jistgħu jtejbu u jsaħħu r-relazzjonijiet tagħhom.

Dan il-kors hu biss wieħed mill-opportunitajiet ta’ formazzjoni favur it-tkabbir personali u t-tisħiħ tal-familja li d-Djoċesi toffri b’mod regolari. 📩 Min hu interessat li jattendi inizjattivi ta’ formazzjoni simili jista’ jibgħat email lil [email protected].

Aqsam fuq