Aqbeż għall-kontenut

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi Mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma fil-Jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa u T-Tridu tal-Għid 2021

  • Tifkira devozzjonali ta’ Marija Addolorata, il-Ġimgħa 26 ta’ Marzu Fis-7.30pm: Via Matris Djoċesana, mis-Santwarju Ta’ Pinu

  • Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej, 28 ta’ Marzu Fl-10.00am: Tifkira tad-Daħla tal-Mulej f’Ġerusalemm, mill-Katidral ta’ Għawdex

  • Ħamis ix-Xirka, 1 ta’ April Fis-7.00pm: Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej, mill-Katidral ta’ Għawdex

  • Il-Ġimgħa l-Kbira, 2 ta’ April Fit-3.30pm: Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej, mill-Katidral ta’ Għawdex Fis-7.30pm: Via Crucis Djoċesana, mill-Katidral ta’ Għawdex

  • Sibt il-Għid, 3 ta’ April Fid-9.00am: Ċelebrazzjoni tas-Siegħa tal-Omm, mis-Santwarju Ta’ Pinu Fit-8.00pm: Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid, mill-Katidral

  • Ħadd il-Għid, 4 ta’ April Fis-6.00pm: Pontifikal tal-Għid il-Kbir, mill-Katidral ta’ Għawdex

* Nhar Ħadd il-Palm fis-7.00pm, u mit-Tnejn sal-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa fit-8.00pm, l-Isqof Anton Teuma jmexxi l-Lectio Divina dwar ir-Rakkont tal-Passjoni tal-Mulej, mill-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu II, il-Belt Victoria.

Iċ-ċelebrazzjonijiet kollha jiġu mxandra fuq Xejk TV, kif ukoll fuq il-Paġni ta’ YouTube u ta’ Facebook tad-Djoċesi ta’ Għawdex.

st-04-2021-celebrazzjonijiet-liturgici-mmexxija-mill-isqof-ta-ghawdex-anton-teuma-fil-jie.pdf pdf · 318.19 KB Niżżel

Aqsam fuq