Aqbeż għall-kontenut

Data Ġdida għall-Konsagrazzjoni Episkopali tal-Isqof Anton Teuma

Fid-dawl tal-aħħar miżuri mħabbra dalgħodu mill-Gvern għall-kontroll tal-imxija tal-Covid-19, id-Djoċesi ta’ Għawdex tħabbar dawn il-bidliet fil-Programm tal-Inawgurazzjoni Uffiċjali tal-Ministeru Episkopali ta’ Dun Anton Teuma bħala d-Disa’ Isqof ta’ Għawdex.

  • Il-KONSAGRAZZJONI EPISKOPALI tmexxiet għal nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Awwissu, fil-5.30pm, fir-Rotunda Arċipretali ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija.

  • Iċ-ĊELEBRAZZJONI TA’ TALB bi tħejjija għall-Konsagrazzjoni Episkopali sa tinżamm nhar il-Ħamis 20 ta’ Awwissu, fit-8.00pm, fil-Kappella tal-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu II, il-Belt Victoria, u sa ssir bil-magħluq.

st-12-2020-data-gdida-ghall-konsagrazzjoni-episkopali-tal-isqof-anton-teuma.pdf pdf · 219.85 KB Niżżel

Aqsam fuq