Aqbeż għall-kontenut

Ġbir għall-karità

Parti mill-ħidma tal-Uffiċċju Djakonija tad-Djoċesi ta’ Għawdex hi li jissensibilizza l-komunità Nisranija favur istituzzjonijiet li jaħdmu ma’ persuni vulnerabbli jew jiddependu ħafna mid-donazzjonijiet għall-ħidma tagħhom.

Barra minn hekk, l-istess Uffiċċju jara li meta jkun hemm emerġenzi internazzjonali, bħal fil-każ ta’ diżastri naturali jew kriżijiet umanitarji, il-komunità Nisranija twieġeb b’ġenerożità għall-għajnuna li tkun qed tintalab.

Matul is-sena 2024, id-Djoċesi ta’ Għawdex ġabret u qassmet €107,031.45 f’għajnuna lil istituzzjonijiet lokali, grazzi għall-ġenerożità tal-poplu Għawdxi.

L-għotjiet miġbura tqassmu hekk:

DATA

DESTINAZZJONI

AMMONT (€)

01/01/2024

Dar tal-Providenza

40,000.00

24-25/02/2024

Obolo ta’ San Pietru

15,000.00

28/03/2024

Fondo Clero (Ħamis ix-Xirka)

12,580.88

06/2024

Dar Arka

12,000.00

19-20/10/2024

Jum il-Karità (Caritas djoċesana)

27,450.57

TOTAL

€107,031.45

Barra minn dawn, kien hemm ġabriet oħra li, bil-permess tad-Djoċesi, saru minn entitajiet oħra (fosthom is-Seminarju Maġġuri u Missio Malta), u li ċ-ċifri tagħhom ma humiex inklużi f’din il-lista.

st-13-2025-gbir-ghall-karita.pdf pdf · 134.57 KB Niżżel

Aqsam fuq