Aqbeż għall-kontenut

Ġbir għall-karità

Parti mill-ħidma tal-Uffiċċju Djakonija tad-Djoċesi ta’ Għawdex hi li jissensibilizza l-komunità Nisranija favur istituzzjonijiet li jaħdmu ma’ persuni vulnerabbli jew jiddependu ħafna mid-donazzjonijiet għall-ħidma tagħhom.

Barra minn hekk, l-istess Uffiċċju jara li meta jkun hemm emerġenzi internazzjonali, bħal fil-każ ta’ diżastri naturali jew kriżijiet umanitarji, il-komunità Nisranija twieġeb b’ġenerożità għall-għajnuna li tkun qed tintalab.

Matul is-sena 2025, id-Djoċesi ta’ Għawdex ġabret u qassmet €174,751.70 f’għajnuna lil istituzzjonijiet lokali u oħrajn, grazzi għall-ġenerożità tal-poplu Għawdxi.

L-għotjiet miġbura tqassmu hekk:

DATA

DESTINAZZJONI

AMMONT (€)

01/01/2025

Dar tal-Providenza

€40,200.00

22-23/02/2025

Obolo ta’ San Pietru

€14,782.00

17/04/2025

Fondo Clero (Ħamis ix-Xirka)

€18,300.61

31/05-01/06/2025

Dar Arka

€16,059.03

13-14/09/2025

Gaza

€55,749.23

15-16/11/2025

Jum il-Karità (Caritas djoċesana)

€29,660.83

TOTAL

€174,751.70

Barra minn dawn, kien hemm ġabriet oħra li, bil-permess tad-Djoċesi, saru minn entitajiet oħra (fosthom is-Seminarju Maġġuri u Missio Malta), u li ċ-ċifri tagħhom ma humiex inklużi f’din il-lista.

st-02-2026-gbir-ghall-karita.pdf pdf · 118.51 KB Niżżel

Aqsam fuq