Sors: Facebook
Grupp ta’ 12-il abbati (min-Nadur, ix-Xagħra, Għajnsielem, ix-Xewkija, il-Katidral, Ta’ Kerċem, u San Ġorġ), 4 helpers (abbatini kbar li ġa għamlu l-esperjenza ftit snin ilu) u 3 qassisin (Dun Noel Debono, Dun Gabriel Gauci u l-Arċipriet Krystof Buttigieg) illum bdew l-esperjenza ta’ servizz fil-Vatikan. Huma għandhom sal-14 ta’ Awwissu. Qed joqogħdu flimkien bħala grupp fil-Pontificio Seminario Romano Minore.