Aqbeż għall-kontenut

Ħatriet ġodda fid-Djoċesi ta' Għawdex

Illum 4 ta’ Novembru 2016, jum il-mija u ħamsin anniversarju mit-twaqqif tas-Seminarju ta’ Għawdex, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, qed jagħmel dawn il-ħatriet ġodda fid-Djoċesi ta’ Għawdex:

VIGARJI EPISKOPALI

  • MONS. ĠUŻEPPI ATTARD, mill-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur, sal-lum Arċipriet tal-Parroċċa tal-Assunta fil-Katidral, il-Belt Victoria, bħala Vigarju Episkopali għall-Katekeżi mal-Adulti, bl-għan li jikkordina l-operat tal-Kunsilli Pastorali Parrokkjali, l-evanġelizzazzjoni tal-adulti, ir-relazzjonijiet ekumeniċi fid-Djoċesi, l-għaqdiet u l-movimenti lajkali, il-promozzjoni tal-formazzjoni teoloġika tal-lajċi, u partikularment jikkordina programm li jgħin fid-dixxerniment tal-koppji f’relazzjoni kumplessa fid-dawl tal-Eżortazzjoni appostolika “Amoris lætitia” tal-Papa Franġisku.

  • MONS. PAWLU CARDONA, mill-Parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat, sal-lum Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ, il-Belt Victoria, bħala Vigarju Episkopali għall-Kleru, bl-għan li jaħdem biex jibni l-komunjoni presbiterali u jsegwi iktar mill-qrib il-kleru djoċesan.

ARĊIPRIETI

  • MONS. JOSEPH CURMI, mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija, ix-Xagħra, sal-lum Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur, bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ, il-Belt Victoria.

  • MONS. JOSEPH SULTANA, mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija, ix-Xagħra, sal-lum Arċipriet tal-Parroċċa tal-Viżitazzjoni, l-Għarb, bħala Arċipriet tal-Parroċċa tal-Assunta fil-Katidral, il-Belt Victoria.

  • MONS. TREVOR SULTANA, mill-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija, sal-lum Kollaboratur Parrokkjali fil-Parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat, bħala Arċipriet tal-Parroċċa tal-Viżitazzjoni, l-Għarb.

DELEGAT EPISKOPALI U VIGARJU PARROKKJALI

  • DUN MARK BONELLO, mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija, ix-Xagħra, bħala Delegat tal-Isqof għall-Pastorali mal-Adolexxenti u ż-Żgħażagħ u Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur.

hatriet-godda-fid-djocesi-ta-ghawdex.pdf pdf · 312.28 KB Niżżel

Aqsam fuq