Aqbeż għall-kontenut

Ikompli l-Ġbir fid-Djoċesi ta’ Għawdex għal ‘Ventilator’ bis-Somma Tilħaq il-€41,350

Il-ġbir għal ventilator fid-Djoċesi ta’ Għawdex qed jissokta anki wara l-Ġimgħa Mqaddsa u sa issa laħaq is-somma ta’ €41,350.

F’Ċirkulari nhar id-Duluri, fit-3 ta’ April li għadda, l-Isqof Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex, kien għamel sejħa “lis-saċerdoti tad-djoċesi tagħna biex nimpenjaw ruħna li kull wieħed minna jagħmel kontribuzzjoni ta’ mhux inqas minn €100 f’dan il-fond biex jinxtara ventilator li huwa stmat li jiswa madwar €50,000”. Dan l-appell fetħu wkoll għall-poplu ta’ Alla u dawk kollha ta’ rieda tajba.

Wieħed jista’ jgħin b’wieħed minn dawn it-tliet mezzi:

1. Jiddepożita l-għotja tiegħu f’dan il-kont bankarju permezz ta’ online banking jew permezz ta’ Revolut: Isem tal-kont: COVID 19 Numru tal-kont: 35452320032 IBAN: MT91APSB77013000000035452320032 Swift Code: APSBMTMT

2. Iċempel wieħed minn dawn in-numri: 51502095 – €5 51602017 – €10 51002021 – €20 51902087 – €50

3. Iħalli l-għotja tiegħu mal-Kappillani tal-Parroċċi jew mar-Retturi tal-Knejjes.

st-04-2020-ikompli-l-gbir-fid-djocesi-ta-ghawdex-ghal-ventilator-bis-somma-tilhaq-il-eur4.pdf pdf · 291.91 KB Niżżel

Aqsam fuq