Aqbeż għall-kontenut

Inizjattivi vulnerabbli

Il-Proġett “Ħobżna ta’ Kuljum” Fl-ewwel jiem ta’ Ġunju 2023, fid-Djoċesi ta’ Għawdex beda jopera l-Proġett “Ħobżna ta’ kuljum”. B’dan il-proġett, il-Knisja f’Għawdex, permezz tal-Uffiċċju Djakonija, qed tipprovdi 90 ikla sħuna fil-ġimgħa lil numru ta’ persuni vulnerabbli li ma jistgħux jipprovdu għalihom infushom.

L-ikel jitħejja fil-kċejjen ta’ Villa San Lawrenz u Dar l-Arka, u jitqassam tliet darbiet fil-ġimgħa mill-Kunvent ta’ San Franġisk, fil-Belt Victoria. Numru ta’ voluntiera jgħinu fit-tqassim tal-ikel.

Id-Djoċesi tixtieq tirringrazzja b’mod speċjali lill-Patrijiet Franġiskani Konventwali, u lil David’s Bakery (Ta’ Kerċem) u J.J. Zammit Supplies, li qed jisponsorjaw dan il-proġett.

Grupp ta’ sapport għall-ġenituri ta’ tfal b’diżabbiltà Biex tifrex aktar il-ħidma ta’ Dar l-Arka b’riżq il-familji li għandhom tfal b’xi diżabbiltà, id-Djoċesi għadha kemm nediet Grupp ta’ sapport għall-ġenituri li għandhom tfal b’diżabbiltà.

L-ewwel laqgħa saret nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru, f’Dar l-Arka, Għajnsielem, fejn ħa tkompli ssir kull tliet ġimgħat.

st-11-2023-inizjattivi-vulnerabbli.pdf pdf · 124.81 KB Niżżel

Aqsam fuq