Aqbeż għall-kontenut

Isqof Ġdid għad-Djoċesi ta’ Għawdex

Il-Q.T. il-Papa Franġisku għadu kemm ħatar lil Dun Anton Teuma, mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija, ix-Xagħra, membru tal-Kleru ta’ Għawdex, attwalment Delegat Episkopali għall-Pastorali tal-Familja u Responsabbli għall-Istitut Djoċesan tal-Familja, bħala d-disa’ Isqof tad-Djoċesi ta’ Għawdex.

In-nomina ġiet ikkomunikata fid-Djoċesi ta’ Għawdex mill-E.T. Mons. Alessandro D’Errico, Nunzju Appostoliku għal Malta, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, fl-istess ħin li l-aħbar ixxandret mill-Bullettin tas-Sala Stampa tal-Vatikan, nhar l-Erbgħa 17 ta’ Ġunju 2020, f’12.00pm.

F’din l-okkażjoni, l-Isqof Mons. Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex, qed jibgħat Ittra Pastorali biex tinqara fil-knejjes kollha tad-Djoċesi ta’ Għawdex, fejn jistieden lill-Poplu ta’ Alla jagħti merħba lis-suċċessur tiegħu u jitlob għalih.

Aktar dettalji dwar il-Konsagrazzjoni Episkopali u l-Ingress Solenni tal-Isqof-maħtur Teuma jingħataw ’il quddiem.

st-09-2020-isqof-gdid-ghad-djocesi-ta-ghawdex.pdf pdf · 100.29 KB Niżżel

Aqsam fuq