Illum is-Seminarju Djoċesan tal-Qalb ta’ Ġesù f’Għawdex qed ifakkar il-mija u ħamsin anniversarju mill-ftuħ tal-bibien tiegħu fl-4 ta’ Novembru 1866.
Fil-fatt dalgħodu fl-10.00am, l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech imexxi Pontifikal Solenni tal-Anniversarju fil-Katidral ta’ Għawdex, bis-sehem tal-komunità tas-seminaristi u tal-istudenti kollha tas-Seminarju Minuri, li sa jixxandar dirett fuq TVM2.
Għal din l-okkażjoni, f’kollaborazzjoni ma’ Maltapost plc, mill-Fergħa tagħha fil-Belt Victoria qed jinħareġ timbru speċjali bid-data tal-anniversarju. Is-Seminarju stampa wkoll kartolina kommemorattiva li tista’ tinkiseb bit-timbru b’kollox għall-prezz ta’ €3 dalgħodu stess wara l-Quddiesa, jew inkella mis-Seminarju Maġġuri (Triq Enrico Mizzi, il-Belt Victoria; tel: 21556479), mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30am u l-4.00pm.
kartolinautimbru.pdf pdf · 211.07 KB Niżżel