Aqbeż għall-kontenut

L-Isqof Mario Grech Maħtur mill-Papa Franġisku Bħala Prosegretarju Ġenerali Tassinodu tal-Isqfijiet

Il-Q.T. il-Papa Franġisku llum ħatar lill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, bħala Prosegretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet. L-Isqof Grech jassumi r-responsabbiltajiet ta’ Segretarju Ġenerali meta mbagħad f’Awwissu li ġej il-Kardinal Lorenzo Baldisseri, li hu s-Segretarju Ġenerali attwali tas-Sinodu, itemm il-mandat tiegħu.

Is-Sinodu tal-Isqfijiet twaqqaf mill-Papa San Pawlu VI fil-15 ta’ Settembru 1965 fuq talba tal-Isqfijiet li pparteċipaw fil-Konċilju Vatikan II biex jibqa’ ħaj fosthom l-ispirtu ta’ mixja flimkien li wettqu fl-istess Konċilju. Il-Papa Franġisku ġedded b’mod qawwi din l-istruttura f’Settembru tas-sena 2018 u għallem li s-sinodalità hija dimensjoni kostituttiva tal-Knisja fuq kull livell tal-ħajja tagħha.

Is-Sinodu, li għandu Segretarjat Ġenerali, hu magħmul minn Segretarju Ġenerali, Sottosegretarju, u għadd ta’ Kunsilli speċjali tal-Isqfijiet. Is-Sinodu jiltaqa’ f’diversi assemblej: f’Assemblea Ġenerali Ordinarja għall-kwistjonijiet dwar il-ġid tal-Knisja Universali; f’Assemblea Ġenerali Straordinarja għall-kwistjonijiet urġenti; f’Assemblea Speċjali għall-kwistjonijiet li jolqtu reġjun speċifiku wieħed jew iktar, bħal fil-każ tas-Sinodu li ser jibda nhar il-Ħadd li ġej għar-reġjun tal-Amażonja. Hija responsabbiltà tal-Papa li jsejjaħ Assemblea Sinodali fi qbil ma’ modalitajiet stabbiliti minnu.

Fil-frattemp, Mons. Mario Grech ġie maħtur Amministratur Appostoliku għad-Djoċesi ta’ Għawdex sakemm jinħatar Isqof ġdid għal Għawdex.

Il-Papa Franġisku ħatar lill-Isqof Grech membru tal-Assemblea Speċjali tas-Sinodu għar-Reġjun Pan-Amażoniku li ser jiftaħ nhar il-Ħadd li ġej, 6 ta’ Ottubru, fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Vatikan.

***

POPE FRANCIS APPOINTS BISHOP MARIO GRECH AS GENERAL PRO-SECRETARY OF THE SYNOD OF BISHOPS

Today, H.H. Pope Francis has appointed H.L. Mgr Mario Grech, Bishop of Gozo, as General Pro-Secretary of the Synod of Bishops. Bishop Grech will then assume the responsibilities of General Secretary once Cardinal Lorenzo Baldisseri, the actual General Secretary, concludes his mandate.

The Synod of Bishops was established by St Paul VI on 15th September 1965 on request of the Bishops who participated in the Second Ecumenical Vatican Council to keep alive amongst them the spirit of the path undertaken during the Council. Pope Francis has profoundly renewed this structure within the Church in September 2018, thereby teaching us that synodality is a constitutive dimension of the Church, at all levels of her existence.

The Synod – which avails itself of a General Secretariat – is composed of a General Secretary, an Under-Secretary and a number of special Councils of Bishops. It meets in different types of Assembly: in an Ordinary General Assembly, for matters concerning the good of the universal Church; in an Extraordinary General Assembly, for matters of urgent consideration; in a Special Assembly, for matters which mostly concern one or more specific geographical regions, as is the case of the Synod on the Amazon Region starting this Sunday.

Meanwhile, Mgr Mario Grech has been nominated Apostolic Administrator for the Diocese of Gozo until a new Bishop is appointed for Gozo.

Pope Francis has appointed Bishop Grech as memebr of the Special Assembly of the Synod of Bishops for the Pan-Amazonian Region which opens this Sunday, 6th October, at St Peter’s Basilica in the Vatican.

st-13-2019-l-isqof-mario-grech-mahtur-mill-papa-frangisku-bhala-prosegretarju-generali-tas.pdf pdf · 219.10 KB Niżżel

Aqsam fuq