Sors: Facebook
Nhar it-3 ta’ Lulju nżamm Seminar Annwali fis-Seminarju tal-Arċisqof fir-Rabat ta’ Malta mħejji mill-Kummissjoni Ekumenika ta’ Malta, bħala parti mill-formazzjoni kontinwa għall-istess membri tal-Kummissjoni.
Għalih attenda Mons. John Muscat, Delegat tal-Isqof għall-Ekumeniżmu fid-Djoċesi ta’ Għawdex.
Ġew ippreżentati tliet temi minn seminaristi Maltin: l-ekumeniżmu fl-ewwel perjodu tal-pontifikat tal-Papa Ljun XIV; il-formazzjoni ekumenika ta’ dawk li se jsiru saċerdoti; il-kontribut ta’ Paul Wattson lill-Moviment Ekumeniku fil-bidu tiegħu.
Ħajr lil Mons. Hector J. Scerri tal-istedina u l-kontribut għal dan is-seminar.