Sors: Facebook
Nhar it-Tlieta 8 ta’ Settembru, Solennità tat-Twelid ta’ Marija, saret Quddiesa Internazzjonali fil-Knisja Parrokkjali tal-Munxar, bħala parti min-Novena bi tħejjija għall-Festa ta’ San Pawl f'din il-parroċċa.
Għaliha attendew diversi gruppi etniċi, fosthom il-komunitajiet lokali ta’ lingwa Ingliża, kemm Kattoliċi u kemm Anglikani, Spanjoli, Filippini, Indjani u oħrajn.
Ir-Rużarju ngħad b’lingwi differenti. Mons. John Muscat, Delegat tal-Gruppi Etniċi u l-Ekumeniżmu, kien iċ-ċelebrant prinċipali, filwaqt li Patri Andro Fernandez, Franġiskan, ikkonċelebra.
Membri tal-Leġjun ta’ Marija mill-Munxar kienu parti minn din l-organizzazzjoni.