Aqbeż għall-kontenut

Nomina ta' Arċipriet ġdid tax-Xewkija

Illum il-Ħadd 30 ta’ Awwissu 2015, fi tmiem il-Quddiesa tal-11.00am fir-Rotunda Arċipretali ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija, Għawdex, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, ħabbar lill-komunità parrokkjali ta’ dan ir-raħal li għandha Arċipriet ġdid fil-persuna ta’ Monsinjur Daniel Xerri, mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, ix-Xagħra. Sakemm jieħu l-pussess kanoniku, hu ħatru b’effett immedjat Amministratur Parrokkjali.

Fl-istess okkażjoni, l-Isqof Grech radd ħajr lill-Arċipriet attwali Monsinjur Carmelo Mercieca, li ilu fit-tmun tal-Parroċċa tax-Xewkija għal dawn l-aħħar tlieta u erbgħin (43) sena. Hu issa qed jaħtru Direttur Djoċesan tal-Missjonijiet u Monsinjur Teologu tal-Kapitlu Katidrali ta’ Għawdex.

nomina-ta-arcipriet-gdid-tax-xewkija.pdf pdf · 203.96 KB Niżżel

Aqsam fuq