Aqbeż għall-kontenut

Nomini Ġodda

B’effett mil-lum, saru dawn il-ħatriet ġodda fid-Djoċesi ta’ Għawdex:

  • Dun Anthony Bajada, mill-Parroċċa tax-Xagħra, ġie maħtur Direttur tas-Sena Propedewtika fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù u Religious Counselor fl-Iskola Sekondarja u fl-Iskola Medja tal-Kulleġġ ta’ Għawdex, il-Belt Victoria.

  • Dun Joseph Bajada, mill-Parroċċa tax-Xagħra, ġie maħtur Religious Counselor fl-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof, il-Belt Victoria.

  • Dun Mark Bonello, mill-Parroċċa tax-Xagħra, ġie maħtur Religious Counselor fl-Iskola Sekondarja tas-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria.

  • Dun Samuel Grech, mill-Parroċċa ta’ Għajnsielem, ġie maħtur Kappillan fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

  • Il-Kan. Anton Refalo Rapa, mill-Parroċċa tax-Xagħra, ġie maħtur Religious Counselor fil-Kampus ta’ Għawdex tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST).

st-09-2017-nomini-godda.pdf pdf · 224.26 KB Niżżel

Aqsam fuq