Aqbeż għall-kontenut

Nomini ġodda

Bl-għan li l-Poplu ta’ Alla miġbur fid-Djoċesi ta’ Għawdex jiġi megħjun bl-aħjar mod fil-mixja Nisranija tiegħu, skont il-bżonnijiet u l-esiġenzi attwali, qed jiġu mħabbra dawn in-nomini ġodda marbuta ma’ diversi ministeri u servizzi fil-ħajja tal-Knisja f’Għawdex.

Żewġ komunitajiet parrokkjali ser ikollhom Ragħaj ġdid fil-bidu tas-Sena Pastorali 2023-2024: − il-Kan. Richard N. Farrugia (mix-Xagħra) – Arċipriet tal-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, ix-Xagħra; − il-Kan. Edward Vella (mill-Għarb) – Amministratur Parrokkjali tal-Parroċċa ta’ Kristu Ewkaristiku Salvatur, l-Għasri.

Ħidmiet ġodda oħra fuq livell Djoċesan: − Dun Joseph Bajada (mix-Xagħra) – Rettur tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù; − Dun Giovanni M. Curmi (mill-Munxar) – Chairperson tal-Bord tal-Iskejjel tad-Djoċesi u Rappreżentant tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika f’Għawdex għall-iskejjel kollha tal-Knisja; − Dun Gabriel Gauci (minn Ta’ Kerċem) – Viċi-Rettur tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù; − il-Kan. Noel Saliba (miż-Żebbuġ) – Direttur tal-Istitut għall-Ministeru Pastorali (IPM).

Ħatra fuq il-Kummissjoni Kleru: − Dun Alexander Refalo (mix-Xagħra) – Delegat tal-Isqof għall-Kleru; − Dun Joseph Bajada, Mons. Tarcisio Camilleri, Dun Giovanni M. Curmi, Dun Joseph Farrugia, Dun Daniel Grech, Dun Daniel Sultana – membri tal-Uffiċċju Kleru; − Mons. Anton Borg, il-Kan. Edward Vella, Dun John Vella – membri aġġunti.

Ħatra fuq il-Kummissjoni tas-Safeguarding [ara n-Nota ma’ din l-Istqarrija għal iktar dettalji]:

Uffiċjali tas-Safeguarding: − is-Sa Loraine Borg – Kap tal-Kummissjoni; − is-Sur Noel Cini Pisani u s-Sa Francine Farrugia Magrin – Uffiċjali tal-investigazzjoni; − is-Sa Marie-Claude Xerri – Segretarja tal-Kummissjoni.

Bord tal-Konsulenti: − Dr Michael Galea u s-Sa Pauline Grech – Konsulenti fid-deliberazzjoni dwar is-sussistenza tal-każ; − Dr Stanley Portelli – Konsulent legali;

Servizz ta’ Sapport: − Dr Marlene Cauchi – Responsabbli għall-għajnuna lill-vittmi; − Dun Alexander Refalo u Dun John Vella – Responsabbli għall-formazzjoni tal-allegat aggressur.

Saċerdoti li ser ikunu qed jagħtu l-għajnuna tagħhom f’xi Parroċċa: − Patri Martin Cilia MSSP (mis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl) – Kollaboratur fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, il-Belt Victoria; − il-Kan. Michael J. Galea (mix-Xagħra) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, ix-Xagħra; − Dun Gabriel Gauci (minn Ta’ Kerċem) – Kollaboratur fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem; − Dun Samuel Grech (minn Għajnsielem) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa taż-Żjara tal-Verġni Marija lil Santa Eliżabetta, l-Għarb; − Dun Michael Grima (minn San Lawrenz) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija [minn Jannar 2024]; − Dun Frankie Mallia (miż-Żebbuġ) – Kollaboratur fil-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa fis-Sema, iż-Żebbuġ; − Dun John Meilak (mill-Katidral, il-Belt Victoria) – Kollaboratur fil-Parroċċa ta’ San Lawrenz, San Lawrenz; − Dun Joseph Mercieca (minn San Ġorġ, il-Belt Victoria) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, il-Belt Victoria; − Dun Michael Mifsud (mill-Għarb) – Kollaboratur fil-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija; − il-Kan. John Muscat (minn Ta’ Sannat) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa fis-Sema, iż-Żebbuġ; − Dun Alexander Refalo (mix-Xagħra) – Kollaboratur fil-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, Ta’ Kerċem; − Mons. Carmelo Refalo (mix-Xagħra) – Kollaboratur fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb u Kanonku Kuġitur tal-Kapitlu Katidrali, il-Belt Victoria; − il-Kan. Franklin Vella (mix-Xewkija) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, Ta’ Kerċem; − Mons. Joseph Zammit (minn San Ġorġ, il-Belt Victoria) – Kollaboratur fir-Rettorija ta’ San Pawl Nawfragu, Marsalforn u Kanonku Kuġitur tal-Kapitlu Katidrali, il-Belt Victoria.

Saċerdoti li ser ikunu qed iwettqu l-missjoni pastorali tagħhom f’realtajiet oħra: − il-Kan. Alexander Cauchi (mill-Għarb) – Kappillan fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex; − Dun Michael Mifsud (mill-Għarb) – Kappillan fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex; − Dun Charles Sultana (mix-Xagħra) – Rettur tal-Komunità ta’ Ġesù Nazzarenu, ix-Xagħra; − Dun John Vella (minn San Ġorġ, il-Belt Victoria) – Kappillan tal-Korp tal-Pulizija f’Għawdex; − Dun Salv Vella (mix-Xewkija) – Kollaboratur fil-kura pastorali fid-djar tal-anzjani tal-Knisja fid-Djoċesi; − Mons. Joe Vella Gauci (mill-Katidral, il-Belt Victoria) – Rettur tal-Knisja tat-Twelid tal-Verġni Marija (ta’ Savina), il-Belt Victoria.

Fil-ħidma pastorali bħala Diretturi Spiritwali: − Dun Joseph Bajada (mix-Xagħra) – fl-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof (Bniet), il-Belt Victoria; − Dun Mark Bonello (mix-Xagħra) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Mons. Salvu Vella, in-Nadur; − Dun Charles Buttigieg (mill-Qala) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja President Anton Buttigieg, il-Qala u fl-Istitut għat-Turiżmu, Kampus ta’ Għawdex (ITS), il-Qala; − Patri Peter Paul Cachia OSA (mill-Ordni tal-Agostinjani) – f’Sir Michelangelo Refalo Institue for Further Education (Sixth Form), il-Belt Victoria; − il-Kan. Michael Galea (mix-Xagħra) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Patri Mattew Sultana, ix-Xagħra; − Dun Gabriel Gauci (minn Ta’ Kerċem) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Anton Cassar, Għajnsielem; − Dun Samuel Grech (minn Għajnsielem) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Sir Arturo Mercieca, il-Belt Victoria, waqt li jkompli l-ħidma tiegħu bħala Direttur spiritwali fis-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria; − Dun Michael Grima (minn San Lawrenz) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Roża Magro, ix-Xewkija [minn Jannar 2024]; − Dun Effie Masini (minn San Ġorġ, il-Belt Victoria) – fl-Iskola Primarja tal-Konservatorju tal-Isqof, il-Belt Victoria; − il-Kan. John Meilak (mill-Katidral, il-Belt Victoria) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Dun Salv Portelli, San Lawrenz; − il-Kan. John Muscat (minn Ta’ Sannat) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Monsinjur Giovanni Andrea Vella, iż-Żebbuġ; − Dun Vince Pavia (mill-Katidral, il-Belt Victoria) – fl-Iskola Primarja St Francis, il-Belt Victoria, waqt li jkompli l-ħidma tiegħu bħala Direttur spiritwali fl-MCAST, Għajnsielem; − Dun Alexander Refalo (mix-Xagħra) – Direttur Spiritwali għall-Ordni tal-Verġni; − Mons. Lawrenz Sciberras (minn Ta’ Sannat) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Professur Ġużè Aquilina u l-iSpecial Unit, Ta’ Sannat; − Mons. Trevor Sultana – Direttur Spiritwali fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Karmni Grima, l-Għarb; − il-Kan. Edward Vella (mill-Għarb) – fl-Iskola Primarja Laura Vicuna, l-Għasri; − il-Kan. Franklin Vella (mix-Xewkija) – fil-Kulleġġ Għawdex, Skola Primarja Peter Paul Grech, u fl-Iskola Primarja Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Ta’ Kerċem.

Dawn il-ministeri ġodda fid-Djoċesi ta’ Għawdex jidħlu fis-seħħ nhar il-Ħamis 14 ta’ Settembru 2023, Festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes. Huwa fid-dawl tal-imħabba, murija fil-misteru tas-Salib ta’ Kristu li kull ministeru jew servizz fi ħdan il-Knisja għandu jsib iċ-ċentru u l-milja tiegħu, waqt li jingħax bħala għotja u qadi għall-oħrajn.

Il-Knisja f’Għawdex tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha – saċerdoti u lajċi – li taw is-servizz tagħhom b’dedikazzjoni u impenn fil-ħidma li kienu qed ikopru sa dawn l-aħħar ġimgħat. Fuq kollox tirringrazzja lill-Missier għall-ġid kollu li sar permezz tagħhom u li minnu seta’ jgawdi l-Poplu ta’ Alla fdat f’idejhom.

Il-komunitajiet kollha huma mħeġġa sabiex matul dawn il-ġimgħat isir mument ta’ talb kemm fil-parroċċi u kemm fil-familji għal dawn ħutna, ħalli filwaqt li nsostnuhom u ngħinuhom bit-talb u l-għajnuna tagħna, il-Mulej Ġesù – li beda din l-opra tajba fihom –iwassalha sat-tmiem skont ix-xewqa tiegħu.

st-09-2023-nomini-godda.pdf pdf · 267.49 KB Niżżel

Aqsam fuq