Aqbeż għall-kontenut

Ordinazzjoni Djakonali

Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju 2022, fis-6.30pm, fil-Knisja Katidrali ta’ Għawdex, il-Belt Victoria, l-E.T. Mons. Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex, se jmexxi l-Ordinazzjoni Djakonali ta’ MATTHEW BAJADA (mill-Parroċċa taż-Żjara tal-Verġni Marija, l-Għarb).

Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni, se tinżamm Velja ta’ Talb nhar il-Ħamis 16 ta’ Ġunju, fis-7.30pm, fil-Bażilika tal-Viżitazzjoni, l-Għarb. Wara, mill-10.00pm sas-7.00am tal-għada, ikompli Lejl ta’ Adorazzjoni b’talb għall-ordinand fil-Kappella tas-Seminarju Maġġuri, il-Belt Victoria.

Kemm l-Ordinazzjoni u kemm il-Velja se jkunu mxandra fuq il-mezzi soċjali tad-Djoċesi ta’ Għawdex: www.youtube.com/dioceseofgozo u www.facebook.com/gozodiocese.

st-03-2022-ordinazzjoni-djakonali.pdf pdf · 217.02 KB Niżżel

Aqsam fuq