Aqbeż għall-kontenut

Ordinazzjoni Djakonali

Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Ġunju 2023, fis-6.30pm, fil-Knisja Katidrali ta’ Għawdex, il-Belt Victoria, l-E.T. Mons. Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex, se jmexxi l-Ordinazzjoni Djakonali ta’ MATTHEW BORG (mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, ix-Xagħra) u FRANKLIN MICALLEF (mill-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, Ta’ Kerċem).

Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni, se tinżamm Velja ta’ Talb nhar il-Ħamis 22 ta’ Ġunju, fit-8.00pm, fil-Bażilika ta’ Marija Bambina, ix-Xagħra. Wara, mill-10.00pm sas-7.00am tal-għada, ikompli Lejl ta’ Adorazzjoni b’talb għall-ordinandi fil-Kappella tas-Seminarju Maġġuri, il-Belt Victoria.

Kemm l-Ordinazzjoni u kemm il-Velja se jkunu mxandra fuq il-mezzi soċjali tad-Djoċesi ta’ Għawdex: www.youtube.com/dioceseofgozo u www.facebook.com/gozodiocese. L-Ordinazzjoni tkun imxandra wkoll fuq Radju Marija 102.3FM u fuq Newsbook.com.mt.

st-06-2023-ordinazzjoni-djakonali.pdf pdf · 219.97 KB Niżżel

Aqsam fuq