Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju 2023, fis-6.30pm, fil-Knisja Katidrali ta’ Għawdex, il-Belt Victoria, l-E.T. Mons. Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex, se jmexxi l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ MATTHEW BAJADA (mill-Parroċċa taż-Żjara tal-Verġni Marija, l-Għarb).
Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni, se tinżamm Velja ta’ Talb nhar il-Ħamis 11 ta’ Mejju, fit-8.00pm, fil-Grawnd tas-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria. Wara, mill-10.00pm sas-7.00am tal-għada, ikompli Lejl ta’ Adorazzjoni b’talb għall-ordinand fil-Kappella tas-Seminarju Maġġuri.
Kemm l-Ordinazzjoni u kemm il-Velja se jkunu mxandra fuq il-mezzi soċjali tad-Djoċesi ta’ Għawdex: www.youtube.com/dioceseofgozo u www.facebook.com/gozodiocese, kif ukoll fuq Radju Marija 102.3FM.
Imbagħad, fit-23 ta’ Ġunju 2023 tinżamm fid-Djoċesi ta’ Għawdex l-Ordinazzjoni Djakonali, li dettalji dwarha jingħataw ’il quddiem.
st-03-2023-ordinazzjoni-presbiterali.pdf pdf · 219.63 KB Niżżel