Aqbeż għall-kontenut

Ordinazzjoni Presbiterali

Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju 2025, fis-6.30pm, fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria, l-E.T. Mons. Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex, se jmexxi l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ MATTHEW BORG (mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, ix-Xagħra).

Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni, se tinżamm Velja ta’ Talb nhar il-Ħamis 22 ta’ Mejju, fit-8.00pm, fil-Grawnd tas-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria. Wara, mill-10.00pm sas-7.00am tal-għada, ikompli Lejl ta’ Adorazzjoni b’talb għall-ordinand fil-Kappella tas-Seminarju Maġġuri.

Kemm l-Ordinazzjoni u kemm il-Velja se jkunu mxandra fuq il-mezzi soċjali tad-Djoċesi ta’ Għawdex: www.youtube.com/dioceseofgozo u www.facebook.com/gozodiocese. L-Ordinazzjoni se tixxandar ukoll fuq Xejk TV u Radju Marija 102.3FM.

st-08-2025-ordinazzjoni-presbiterali.pdf pdf · 130.21 KB Niżżel

Aqsam fuq