Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ April 2021, fis-6.00pm, fir-Rotunda Arċipretali ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija, l-E.T. Mons. Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex, se jmexxi l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’
ANDREW GRIMA (mill-Parroċċa ta’ San Lawrenz, San Lawrenz), u
FRA ETIENNE GILSON, Franġiskan Konventwal (minn Birkirkara).
Minħabba ċ-ċirkustanzi attwali, din iċ-ċelebrazzjoni sa tkun limitata biss għal dawk li jirċievu stedina, u għalhekk il-pubbliku hu mħeġġeġ isegwiha minn fuq il-mezzi tax-xandir: l-istazzjon televiżiv Xejk, il-mezzi soċjali tad-Djoċesi ta’ Għawdex www.youtube.com/dioceseofgozo u www.facebook.com/gozodiocese, u Radju Marija (102.3 FM).
Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni, se tinżamm ukoll Velja ta’ Talb nhar il-Ħamis 29 ta’ April, fit-8.00pm, fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria.
Imbagħad, mill-10.00pm tal-Ħamis sas-7.00am tal-Ġimgħa, il-Kappella tas-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria, tkun miftuħa għal lejl adorazzjoni b’talb għall-ordinandi.
st-05-2021-ordinazzjoni-ta-zewg-presbiteri.pdf pdf · 130.16 KB Niżżel