Fid-Djoċesi ta’ Għawdex se jinżammu dawn l-Ordinazzjonijiet Sagri:
Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju 2017, fis-6.30pm, fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria: l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ MICHAEL GRIMA (mill-Parroċċa ta’ San Lawrenz, San Lawrenz) u CARL SCERRI (mill-Parroċċa tal-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria).
Nhar il-Ħamis 15 ta’ Ġunju 2017, fis-6.30pm, fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria: l-Ordinazzjoni Djakonali ta’ JOSEPH HILI (mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, ix-Xagħra).
Bi tħejjija għall-Ordinazzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ presbiteri u djaknu, se tinżamm Velja ta’ Talb nhar il-Ħamis 25 ta’ Mejju, fit-8.00pm, fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria.
st-06-2017-ordinazzjonijiet-ta-zewg-presbiteri-u-djaknu.pdf pdf · 226.22 KB Niżżel