Wara l-mewt ftit jiem ilu ta’ Mons. George Grima, fundatur u President tal-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu, “bix-xewqa li l-ħidma missjunarja mibdija minn Dun Ġorġ tkompli tinfirex”, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, qed jaħtar fl-uffiċċju ta’ President tal-Moviment lil:
DUN ALEX CAUCHI, mill-Parroċċa tal-Viżitazzjoni, l-Għarb, li ilu missjunarju fil-Brażil u l-Perù sa mis-sena 1995.
Dan skont kif jitlob l-Istatut tal-Moviment li l-President jiġi nnominat mill-Isqof ta’ Għawdex.
Billi Dun Alex se jiġi Għawdex f’Jannar li ġej, l-Isqof Grech ħatar lil Mons. Pawlu Cardona, Vigarju Episkopali għall-Kleru, bħala President ad interim.
st-10-2017-president-gdid-tal-moviment-missjunarju-gesu-fil-proxxmu.pdf pdf · 291.54 KB Niżżel