Aqbeż għall-kontenut

Programm taż-Żjara F’għawdex tal-E.t. Mons. Alfred Xuereb, Nunzju Appostoliku fil-Korea u l-Mongolja

Is-Sibt 17 ta’ Marzu 2018: Il-Maltapost plc sa toħroġ Timbru kommemorattiv fl-okkażjoni tal-Konsagrazzjoni episkopali ta’ Mons. Alfred Xuereb, li jista’ jinkiseb mill-Fergħa Postali fil-Belt Victoria, jew anki fuq Kartolina kommemorattiva ppubblikata mis-Soċjetà Filatelika Għawdxija bil-kollaborazzjoni tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ. Għal aktar tagħrif għandu jsir kuntatt mas-Sur Anthony Grech fuq l-email [email protected].

Il-Ħadd 18 ta’ Marzu, fis-6.30pm: Velja ta’ talb bi tħejjija għall-Ordinazzjoni episkopali, fil-Kappella tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, Via Iberia, Ruma. Dakinhar, fl-4.30pm, il-Knisja f’Għawdex tingħaqad bit-talb tagħha waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Via Sagra Djoċesana fuq l-Għolja Ta’ Għammar.

It-Tnejn 19 ta’ Marzu, fil-5.00pm: Ordinazzjoni episkopali mill-Q.T. il-Papa Franġisku fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Belt tal-Vatikan, li tkun trasmessa diretta fuq l-istazzjon televiżiv TV2000 (https://www.tv2000.it/live/).

It-Tnejn 26 ta’ Marzu fl-11.15am: Wasla fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, u f’12.00pm, Konferenza Stampa miftuħa għall-membri tal-istampa u x-xandir.

Il-Ħamis 29 ta’ Marzu fid-9.00am: Jippresiedi l-Quddiesa taż-Żjut flimkien mal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, u s-saċerdoti tad-Djoċesi ta’ Għawdex, fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria.

Il-Ħamis 29 ta’ Marzu fis-6.30pm: Jippresiedi l-Quddiesa In Cœna Domini bir-Rit tal-Ħasil tar-Riġlejn, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, il-Belt Victoria, il-parroċċa tal-oriġni tiegħu.

Is-Sibt 31 ta’ Marzu fit-8.30pm: Jippresiedi l-Liturġija Solenni tal-Lejl Qaddis tal-Għid tal-Qawmien tal-Mulej, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.

Il-Ħadd 1 ta’ April: Jamministra s-Sagrament tal-Magħmudija waqt quddiesa privata fil-Knisja tal-Madonna tal-Grazzja, tal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini, il-Belt Victoria.

L-Erbgħa 4 ta’ April: Imexxi quddiesa fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fis-sala ta’ pazjent li kien miegħu fl-istess klassi.

Il-Ġimgħa 6 ta’ April fis-7.00pm: Imexxi quddiesa fis-Santwarju parrokkjali tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Fontana, fl-okkażjoni tal-ewwel Ġimgħa bi tħejjija għas-Solennità tal-Qalb ta’ Ġesù.

Is-Sibt 7 ta’ April filgħaxija: Jiċċelebra quddiesa fil-Knisja arċipretali tal-Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem, b’suffraġju tan-nanniet u z-zijiet mejtin.

Il-Ħadd 8 ta’ April fil-11.15am: Jippresiedi Pontifikal solenni fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, bis-sehem tal-E.T. Mons. Mario Grech, tal-E.T. Mons. George Bugeja OFM, Vigarju Appostoliku ta’ Tripli u Amministratur Appostoliku ta’ Benghazi, u tal-kleru Għawdxi, li jkun trasmess dirett fuq l-istazzjon televiżiv Net Tv.

It-Tnejn 9 ta’ April: Tluq minn Malta.

Skont il-ħtieġa, jista’ jkun hemm tibdiliet f’dan il-programm.

st-02-2018-programm-taz-zjara-f-ghawdex-tal-et-mons-alfred-xuereb-nunzju-appostoliku-f.pdf pdf · 305.42 KB Niżżel

Aqsam fuq