L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, qed jaħtar lil Mons. Pawlu Cardona, Vigarju Episkopali tiegħu għall-Kleru, bħala RETTUR TAL-KNISJA TA’ SANTA LUĊIJA, f’Santa Luċija, Għawdex, b’effett mill-15 ta’ Jannar 2017.
Hu qed jieħu post Dun Franġisk Sultana, li l-Isqof qed jaħtru MONSINJUR ONORARJU TAL-KAPITLU TAL-KATIDRAL TA’ GĦAWDEX kif ukoll ASSISTENT SAGRISTAN MAĠĠURI fl-istess Katidral.
rettur-sta-lucija.pdf pdf · 205.07 KB Niżżel