Aqbeż għall-kontenut

Rettur tal-Kappella ta’ Kemmuna

L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, ħatar lil MONS. ĠUŻEPPI ATTARD, Vigarju Episkopali għall-Katekeżi mal-Adulti, mill-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur, bħala Rettur tal-Kappella tar-Ritorn tal-Familja Mqaddsa mill-Eġittu (magħrufa bħala ta’ Santa Marija), f’Kemmuna.

Dan wara li r-Rettur attwali, Dun Karm Xerri, mill-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni u San Ġużepp, il-Qala, irtira minn dan l-uffiċċju. Hu serva b’dedikazzjoni bħala Rettur ta’ Kemmuna għal iktar minn ħamsin sena, mill-1963 sal-2017.

Mil-lum, ikun hemm Quddiesa f’din il-kappella kull nhar ta’ Sibt fis-6.45pm.

st-07-2017-rettur-tal-kappella-ta-kemmuna.pdf pdf · 208.98 KB Niżżel

Aqsam fuq