Wara li Patri Tony Sciberras MSSP ippreżenta r-riżenja tiegħu mill-uffiċċju ta’ Rettur tas-Seminarju ta’ Għawdex, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, b’effett immedjat mil-lum, ħatar lil:
Dun Richard Nazzareno Farrugia, mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija, fix-Xagħra, bħala Rettur tas-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù;
Dun Gabriel Gauci, mill-Parroċċa tal-Verġni Mqaddsa tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, bħala Viċi-Rettur u Prefett tal-Istudji tal-istess Seminarju Maġġuri. Dun Gabriel ser ikun ukoll is-Segretarju tal-Isqof u ċ-Ċerimonier Djoċesan.
rettur-u-vici-rettur-godda.pdf pdf · 293.34 KB Niżżel