Aqbeż għall-kontenut

Sa Issa l-Ġabra fid-Djoċesi ta’ Għawdex għal ‘Ventilator’ Laħqet is-Somma ta’ €35,971

Waqt il-Quddiesa ‘In Cœna Domini’ li għadha kemm ġiet iċċelebrata fil-Katidral ta’ Għawdex minn Mons. Isqof Mario Grech, ingħatat din l-aħbar minn Dun Daniel Sultana, Segretarju Pastorali tad-Djoċesi.

“Illum il-Knisja tfakkarna meta Ġesù waqqaf is-Saċerdozju Kattoliku u l-Ewkaristija. F’dan il-jum aħna s-saċerdoti nuru l-għaqda tagħna mal-Isqof tagħna u anki nerġgħu nġeddu l-wegħdiet tagħna bħala saċerdoti.

Ta’ kull sena f’dan il-jum ukoll fid-Djoċesi aħna s-saċerdoti kien ikollna s-soltu l-esperjenza tal-ġenerożità tal-poplu tagħna li jagħti offerti għas-sosteniment tagħna u kienet tinġabar somma sabiħa.

Din is-sena, fiċ-ċirkustanzi li qed ngħixu fihom, wara s-sejħa li għamiltilna inti, aħna s-saċerdoti għażilna li minflok ma ssir ġabra għalina, aħna stess nagħtu offerta biex inkunu ta’ servizz għall-poplu tagħna biex jinxtara ventilator għall-bżonnijiet ta’ ħutna.

Huwa ta’ sodisfazzjon għalina li rajna lis-saċerdoti tagħna jkunu verament ġenerużi. B’hekk huma qed juru li huma sensibbli u dejjem lesti li jagħtu s-servizz tagħhom lill-poplu ta’ Alla fuq l-eżempju li tana Ġesù fiċ-Ċenaklu bil-ħasil tar-riġlejn.

Il-ġbir li sar mingħand is-saċerdoti u mill-parroċċi tagħna laħaq is-somma ta’ €35,971”.

Fuq l-eżempju ta’ Ġesù l-Imgħallem li jsir qaddej tagħna u llum jitbaxxa biex jaħslilna riġlejna, il-Knisja f’Għawdex tkompli tistedinna nikkontribwixxu f’din il-kawża tajba. Dawk li jixtiequ jgħinu huma mħeġġa jagħmlu l-għotjiet tagħhom b’wieħed minn dawn il-mezzi:

1. Jiddepożitaw l-għotja tagħhom f’dan il-kont bankarju permezz ta’ online banking jew permezz ta’ Revolut: Isem tal-kont: COVID 19 Numru tal-kont: 35452320032 IBAN: MT91APSB77013000000035452320032 Swift Code: APSBMTMT

2. Iċemplu wieħed minn dawn in-numri: 51502095 – €5 51602017 – €10 51002021 – €20 51902087 – €50

3. Iħallu l-għotja tagħhom mal-Kappillani tal-Parroċċi jew mar-Retturi tal-Knejjes.

st-03-2020-sa-issa-l-gabra-fid-djocesi-ta-ghawdex-ghal-ventilator-lahqet-is-somma-ta-eur.pdf pdf · 299.39 KB Niżżel

Aqsam fuq