It-tmexxija ta’ Dar Arka ssospendiet lil żewġ ħaddiema wara li fil-jiem li għaddew kien hemm rapporti ta’ abbużi fiżiċi fuq persuna residenti.
It-tmexxija ta’ Dar Arka għaddiet l-informazzjoni kollha lill-Aġenzija Sapport u lill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, kif ukoll lill-Pulizija, biex ikun jista’ jsir dawl fuq il-każ.
Id-Djoċesi ta’ Għawdex ħatret bord ta’ dixxiplina biex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa. Il-każ ġie rrappurtat ukoll lill-Kummissjoni tas-Safeguarding tal-istess Djoċesi.
st-05-2023-sospensjoni-ta-zewg-haddiema.pdf pdf · 206.15 KB Niżżel